Left arrow Go Back

KIF IL-BANEK JISTGĦU JGĦINU BIEX IDAWWRU SFIDI AMBJENTALI F'OPPORTUNITAJIET GĦALL-KUMMERĊ U L-INVESTIMENT - Il-Ministru Leo Brincat

pr141560
Date Icon 10/07/2014

L-istituzzjonijiet finanzjarji fosthom il-banek jistgħu jgħinu biex idawwru sfidi ambjentali  f'opportunitajiet għall-kummerċ u l-investiment f'pajjiżna. Dan qalu dalgħodu l-Ministru għall- Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima,  Leo Brincat  waqt laqgħa li kellu mal-President tal-FIMBank p.l.c., Ms Margrith Lütschg-Emmenegger u uffiċjali oħra għoljin tal-Bank meta kien qed iżur il-Head Office tagħhom f’San Ġiljan. 

Il-Ministru Brincat qal li hemm bżonn l-għodda kollha inklużi dawk finanzjarji biex il-policies tal-Gvern dwar l-ekonomija l-ħadra u l-hekk imsejjaħ GREEN GROWTH jissarfu fi proġetti li jista’ jgawdi minnhom il-pajjiż innifsu flimkien mal-istakeholders kollha. 

Il-Ministru saħaq li bin-network globali li għandu dan  il-bank, pajjiżna jista’  jilħaq investituri prospettivi ġodda kemm Ewropej u anki lill hinn minn xtutna, minn pajjiżi fejn għandhom ekonomiji dinamiċi u li qed jikbru b' rata mgħaġġla. 

Huwa qal li minn studji li għamlet l-OECD innifisha (THE ORGANISATION FOR ECONOMIC CO OPERATION AND DEVELOPMENT) joħroġ ċar li l-mixja lejn l-ekonomija l-ħadra ssaħħaħ il-kompetittivita' u l-potenzjal ta' qliegħ għal min jinvesti f'dawn is-setturi.

Il-Ministru Brincat tenna li bil-finanzjament xieraq dan il-proċess ta’ transizzjoni jista’ jitħaffef u jagħti riżultati fi żmien iqsar, filwaqt li jiffaċilita l-aċċess ta’ diversi azjendi kummerċjali u anki SMEs għal swieq internazzjonali kif ukoll li jiġbed investiment ġdid lejn pajjiżna.

Dan jgħodd għal hekk imsejħa green technologies kif ukoll għall-green products u servizzi li lkoll għandhom bżonn kull appoġġ u għajnuna biex jintegraw ruħhom fil-value chains globali.

Min-naħa tagħha,  l-President tal-FIMBank qalet illi filwaqt li diġa għandhom fondi investiti f’proġetti marbutin mal-enerġija mix-xemx u t-teknoloġija l-ħadra - l-aktar f’pajjiżi oħra - għandhom ukoll kull interess li jagħmlu l-istess f’pajjiżna speċjalment f’diversi setturi ambjentali fosthom l-immaniġġjar tal-iskart.  Dan permezz ta’ tipi differenti ta’ investimenti, kif ukoll permezz ta’ pariri finanzjarji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow