Left arrow Go Back

JITNIEDA L-ABBOZZ TAL-POLITIKA NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

pr141549
Date Icon 10/07/2014

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius nieda l-abbozz tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ li ser tkopri bejn l-2015 u l-2020.  Il-Politika Nazzjonali għandha għan ewlieni li hu dak li tagħti appoġġ liż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena u jrid ikollha miri realistiċi li jagħtu l-frott fi żmien stipulat.

Ix-xogħol fuq dan l-abbozz tal-Politika Nazzjonali beda is-sena li għaddiet meta s-Segretarju Parlamentari preċedenti fforma kumitat li għamel dan l-ewwel abbozz.   Sabiex tfassal dan l-abbozz il-kumitat:

• ikkonsulta ma’ diversi żgħażagħ, gruppi taż-żgħażagħ u entitatjiet oħra

• Studja strateġiji li kienu ppublikati fil-passat riċenti u dak remot

• Segwa l-linji gwida li toffri l-Unjoni Ewropeja f’dan is-settur.

L-abbozz tal-Politika Nazzjonali issa huwa miftuħ għall-konsultazzjoni.  La dan huwa abbozz ifisser, li mhux wieħed finali.  Il-konsultazzjoni ser tinkludi wkoll seminar li għalih ser ikunu mistiedna fost l-oħrajn entitajiet u gruppi ta’ żgħażagħ jew ħaddiema/persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ biex huma wkoll ikunu parteċipi f’din il-politika.

Is-Segretarju Parlamentari Agius saħaq li l-Gvern jemmen li biex din il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ tkun effetiva tinħtieġ li tkun imsejjsa minn ċerti prinċipji u livelli.  Il-Gvern jemmen fiż-żgħażagħ, jemmen li jridu jingħataw l-opportunitajiet u l-għodda għaliex huma jagħmlu soċjeta’ aktar b’saħħita.  Iż-żgħażagħ għandhom ikunu l-fulkru ta’ kull soċjeta, primarjament għaliex huma krejattivi u allura jħarsu lejn il-ħajja b’lenti differenti.  Il-krejattivita tgħin biex ir-rota tal-ekonomija ddur u ssaħħaħ is-soċjeta’ kollha kemm hi.

Il-Politika, għalhekk trid tkun ukoll waħda inklussiva.  Dan il-Gvern, sa mill-bankijiet tal-oppożizzjoni, saħaq fuq l-importanza li ż-żgħażagħ jingħataw leħen, speċjalment f’setturi li jinvolvu lilhom direttament.   Iż-żgħażagħ, u anke dawk li jaħdmu magħhom, għandhom iħossu li din il-politika hija tagħhom.  Hawnhekk, ma nistax ninsa r-rwol pożittiv li s-settur volontarju taż-żgħażagħ u oqsma oħra relevanti jistgħu jaqdu fl-appoġġ attiv u l-implimentazzjoni ta’ din l-politika.

Minbarra hekk tnediet wkoll paġna fuq facebook, bl-isem ta’ national youth policy malta li ser isservi ta’ pjattaforma sabiex mhux biss jingħata aċċess għall-abbozz tal-Politika Nazzjonali u jiġu reklamati l-avvanzi u d-diskussjonijiet relatati ma’ dan l-abbozz imma wkoll sabiex dawk kollha nteressati jistgħu jagħmlu s-suġġerimenti tagħhom u jipparteċipaw fil-konsultazzjoni.

Dawk interessati li jkunu parti mill-konsultazzjoni jistgħu mhux biss jirrikorru għall-paġna tas-social media facebook imma jistgħu wkoll jibgħatu email fuq nationalyouthpolicy.mede@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow