INAWGURAZZJONI TAL-EWWEL TIM TAT-TAQSIMA ANZJANITÀ ATTIVA ĠEWWA IR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL
Wara taħriġ li sar lill-membri tat-tim tat-Taqsima Anzjanità Attiva ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana inawgurat u tat ċertifikati uffiċjali ta’ tlestija lill-ħaddiema li lestew it-taħriġ.
Is-Segretarju Parlamentari qalet li din it-taqsima hija importanti ferm għax qiegħda tgħin biex iżżomm l-anzjani residenti ġewwa San Vinċenz de Paul iktar attivi u b'hekk qed tingħatalhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Din it-Taqsima torganizza attivitajiet lir-residenti kif ukoll toħroġhom għall-attivitajiet barra mir-residenza. Dr Caruana faħħret lil dawn il-ħaddiema għaliex huma pijunieri fit-twettiq tal-kunċett ta' Anzjanità Attiva li qiegħed jippromovi s-Segretarjat Parlamentari u li qed jitwettaq permezz tal-istrateġija nazzjonali.
Dr Justyne Caruana rringrazzjat lil dan it-tim li jaħdem b’tant dedikazzjoni u li jagħmel xogħlu mill-qalb.
FILMAT: https://www.dropbox.com/s/z6xpjooi6s6ge0f/20140709_091546.mp4
Other Press Releases:
PR262042
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...
PR262041en