Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN, DR. GEORGE W. VELLA JINDIRIZZA L-LAQGĦA TAL-AMBAXXATURI MHUX RESIDENTI

pr141540
Date Icon 09/07/2014

Waqt il-laqgħa annwali mal-Ambaxxaturi għal Malta mhux residenti, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Dr. George W.Vella, spjega l-irwol importanti li għandu l-Ambaxxatur mhux residenti minkejja li m’għandux rappreżentanza permanenti fil-pajjiż partikolari.   

Dr. Vella qal li l-irwol ta’ Ambaxxatur mhux residenti hu li jippromwovi lil Malta u li jagħmel il-kuntatti neċessarji għall-ġid tal-pajjiż.  Fuq dan il-punt, il-Ministru Vella rrimarka kif Malta hija pajjiż li faċilment tista’ tippromwovih, hekk kif fl-aħħar snin, minkejja l-isfidi globali u fl-Ewropa, Malta baqgħet pajjiż b’saħħtu u bi stabbiltà ekonomika.   

Dr. Vella qal li minkejja li Ambaxxatur mhux residenti m’għandux ambaxxata fil-pajjiż partikolari, illum permezz tat-teknoloġija u l-internet, min irid jagħmel xogħol effettiv jista’ jagħmel dan.  Il-Ministru Vella rrimarka kif hemm numru ta’ Ambaxxaturi mhux residenti li fl-aħħar snin varaw proġetti li sarrfu ġid għall-pajjiżna.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin qal li fil-pajjiżi fejn m’hemmx ambaxxata hemm potenzjal li, kemm-il darba jsir xogħol bis-serjetà, ma jkunx eskluż li jekk huwa ta’ ġid għall-pajjiż, il-Gvern jiddeċiedi li jiftaħ ambaxxata permanenti f’dak il-pajjiż.  

Dr.Vella qal li minkejja l-limiti ta’ riżorsi finanzjari, qed jistieden lill-Ambaxxaturi mhux residenti biex jersqu ’l quddiem b’inizjattivi u proġetti li jistgħu jkunu ta’ gwadann għal pajjiżna. 

Il-Ministru Vella spjega kif il-laqgħa annwali mal-Ambaxxaturi mhux residenti hija importanti, u ma jeskludix li fil-futur din il-laqgħa titlaqqa’ għal iktar minn darba fis-sena.  Dr. Vella saħaq li huwa importanti għal kull Ambaxxatur li jagħraf il-politika partikolari tal-Gvern u l-għanijiet li jridu jintlaħqu.  

Dr.Vella spjega kif il-laqgħa annwali se tkun qed tindirizza għadd ta’ suġġetti ta’ importanza, fosthom is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, il-programm ta’ għajnuna lil pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, is-Summit taċ-CHOGM li se jiġi organizzat f’Malta s-sena d-dieħla, u l-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea fis-sena 2017.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow