IL-BINI TAL-PARLAMENT FI STADJU AVVANZAT
Aktar kmieni llum, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, flimkien mal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, membri miż-żewġ naħat tal-Kamra fil-Kumitat dwar l-Affarijiet tax-Xogħol tal-Kamra u l-Iskrivan tal-Kamra, akkumpanjati miċ-Ċermen tal-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, żaru l-proġett tal-Parlament il-ġdid, li jinsab fi stadju avvanzat ta’ kostruzzjoni.
Huwa mistenni li l-kuntratturi se jkunu qed jonoraw l-obbligi tagħhom li jlestu l-proġett fiż-żmien stipulat, biex il-Parlament jibda jiltaqa’ minn din il-binja wara l-vaganzi tas-Sajf.
Dan grazzi għal interventi immedjati li saru fl-ewwel ġranet tal-amministrazzjoni l-ġdida min-naħa tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura b’kollaborazzjoni mal-GHRC, li hija l-entità governattiva responsabbli minn dan il-proġett.
Tajjeb wieħed ifakkar li Gvern ġdid iffaċċja sfidi kbar marbuta ma’ dan il-proġett, fosthom li nstab li l-proġett la kien on budget u lanqas kien on target. Dan il-Gvern sab ukoll nuqqasijiet serji ta’ spazju. Barra minn hekk kien hemm aspetti mill-proġett fejn il-Gven kellu jara kif se jagħmel finanzjament separat, fosthom għall-foss kif ukoll għad-daħla tal-Belt Valletta.
Illum il-ġurnata, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qed jassigura li jkun hemm monitoraġġ qawwi tax-xogħol li qed isir, kemm biex ma jsirux iżjed żbalji kif ukoll biex jassigura li x-xogħol ma jkomplix jaqa’ lura iżjed milli diġà waqa’ fl-amministrazzjoni preċedenti.
Hemm direzzjoni ċara min-naħa tal-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura li jiġu assigurati l-commitments li saru u jiġu amministrati b’tali mod li l-affarijiet isiru f’perjodu raġunevoli u rispettabbli b’mod li jiġi wkoll assigurat li l-ispiża ma tkomplix togħla ’l fuq.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041