AKTAR GĦAJNUNA LILL-VITTMI ĠENWINI, PIENI AKTAR ĦOROX LIT-TRAFFIKANTI PURI
Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ppublika l-White Paper dwar ir-Riforma tad-Drogi ta’ Abbuż
Il-White Paper dwar ir-Riforma tad-Drogi ta’ Abbuż tistabbilixxi tliet prinċipji fundamentali meta wieħed jikkunsidra riforma fil-liġijiet li jirregolaw id-drogi ta’ abbuż.
Dawn jinkludu li d-drogi illegali jikkawżaw problemi fiżiċi, emozzjonali, psikoloġiċi u soċjali u għalhekk il-Gvern jimmira li jipprovdi kampanji aħjar ta’ għarfien. Ebda wieħed mis-suġġerimenti fil-White Paper m’għandu jkun interpretat bħallikieku l-Gvern b’xi mod huwa favur l-użu ta’ drogi illegali.
Il-White Paper tipproponi li l-enfasi m’għandhiex tibqa’ fuq il-kastig iżda fuq rijabilitazzjoni u kura. U t-tielet prinċipju fundamentali huwa li hemm bżonn bidla fil-pieni li jingħataw lill-vittmi u li tiddaħħal proporzjonalità fl-għoti tas-sentenza.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Dr Owen Bonnici spjega li minkejja li dan is-suġġett jaħraq, u huwa politikament diffiċli, il-gvern dehrlu li għandu jmur għal-White Paper li hija wide ranging.
Sostna li seta’ ma għaġġel xejn dwar dan, iżda l-gvern għażel li jagħti l-għajnuna lil vittmi ġenwini.
Dr Bonnici stqarr li ilu s-snin isir appell biex il-vittma ġenwina ma titkissirx bil-ħabs iżda tingħata l-għajnuna adegwata li għandu bżonn sabiex joħroġ mil-vizzju.
B’dan il-għan ser tkun qed tiħrax il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga permezz tal-ħolqien ta' Asset Management Bureau li jara li jkun hawn immaniġjar tal-assi fejn l-qligħ mill-kriminalità jiġi rkuprat mill-Gvern.
Dr Bonnici sostna li din hija White Paper miftuħa għall-konstulazzjoni fejn il-gvern irid jisma’ il fehmiet ta’ kulhadd u jinsab miftuħ għal konsultazzjoni.
Il-Gvern jixtieq jisma’ il-fehmiet tal-pubbliku u l-istakeholders ewlenin dwar dak espress f’din il-White Paper.
B’seħħ minn nhar il-15 ta’ Lulju, 2014 sal-15 ta’ Settembru, 2014, il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali se jkun qiegħed jilqa’ sottomissjonijiet bil-miktub permezz ta’ email (drugsreform@gov.mt) jew billi wieħed jibgħat ittra fl- indirizz: 30, Triq it-Teżorerija l-Antika, il-Belt Valletta. Matul dan il-perjodu se jsiru wkoll laqgħat individwali mal-istakeholders ewlenin.
Il-Gvern beħsiebu jressaq l-abbozz finali qabel it-tmiem tas-sena 2014.
pr141527a.pdf
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041