Left arrow Go Back

IL-KUNSILL KONSULTATTIV GĦAN-NAĦA TA’ ISFEL TA’ MALTA GĦANDU JKUN SIEĦEB EWLIENI FIT-TWETTIEQ TAL-POLITIKA FFUKATA FUQ IN-NOFSINHAR TAL-PAJJIŻ – SILVIO PARNIS

pr141524
Date Icon 07/07/2014

Il-Kunsill Konsultattiv għan-naħa ta’ isfel ta’ Malta kellu laqgħa mal-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Dr. Helena Dalli.  

Iċ-Chairman tal-Kunsill Silvio Parnis esprima l-apprezzament tiegħu għall-fiduċja li l-Ministeru mmexxi mill-Ministru Dalli qiegħed juri fil-ħidma tal-Kumitat Konsultattiv għan-nofsinhar ta’ Malta. 

Matul din il-laqgħa kien ppreżentat rapport preliminari ta’ proposti intiżi biex jirriġeneraw in-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Dawn il-proposti jkopru firxa wiesgħa ta’ oqsma fosthom is-settur soċjali, edukattiv, tas-saħħa kif ukoll dak kummerċjali, partikolarment il-potenzjal turistiku fl-inħawi. 

”Dawn il-proposti huma riżultat ta’ sigħat twal ta’ laqgħat mal-istakeholders ewlenin. Dan ir-rapport preliminari ma jfissirx it-tmiem ta’ dan il-proċess konsultattiv. Għal kuntrarju dan ir-rapport se jservi bħala bażi li permezz tiegħu se nkunu f’pożizzjoni li nistimulaw aktar diskussjoni” saħaq id-Deputat Silvio Parnis. 

Kien hawn li saret stedina lill-Ministru Dalli biex tieħu sehem f’seminar konsultattiv li l-Kunsill qed jippjana li jorganizza bit-tema’ ‘Promoting Sustainable Tourism in the Southern Part of Malta’. 

Matul il-laqgħa kienet diskussa wkoll il-ħidma ffukata fuq proċess konsultattiv li mistenni jieħu l-forma ta’ kampanja informattiva u parteċipattiva. 

“Nixtiequ li nisimgħu aktar x’għandhom xi jgħidu r-residenti fil-lokalitajiet. Irridu nisimgħu dwar l-isfidi, il-problemi u l-inkonvenjenti li kellhom jiffaċċaw matul is-snin. Però fuq kollox, irridu nisimgħu l-pożittività, irridu nisimgħu kif huma jaħsbu li l-affarijiet għandhom imorru għall-aħjar, kif nagħmlu l-aħjar użu tal-ħiliet tagħhom u tal-wirt storiku fiż-żona  fost l-oħrajn” tenna ċ-Chairman Silvio Parnis. 

Silvio Parnis temm jgħid li l-Kunsill jista’ jkun sieħeb ewleni għall-Ministeri fit-twettieq tal-politika ffukata fuq in-nofsinhar tal-pajjiż. 

“Ħdimna, se nkomplu naħdmu u hemm potenzjal kbir biex nagħmlu l-ġid u fuq kollox nagħtu spinta lil din iż-żona biex negħlbu d-distinzjoni inġusta li kien hemm matul is-snin” temm jgħid id-Deputat Silvio Parnis. 

Min-naħa tagħha l-Ministru Helena Dalli esprimiet l-apprezzat tagħha għall-ħidma li saret fuq dan ir-rapport preliminari li għandu jservi bħala roadmap għar-riġenerazzjoni u l-iżvilupp tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow