Left arrow Go Back

IR-RIFORMA KOMPRENSIVA TAL-IMMIGRAZZJONI FUQ L-AĠENDA TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-OSCE

pr141522
Date Icon 06/07/2014

Il-Membri Parlamentari tal-OSCE li ltaqgħu f’Baku, l-Ażerbajġan mit-28 ta’ Ġunju sat-2 ta’ Lulju 2014 għat-23 Sessjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE)  iddiskutew il-ħtieġa ta' riforma sħiħa dwar l-immigrazzjoni kemm fuq livell ta' Unjoni Ewropea kif ukoll mal-pajjiżi ta' oriġini u transitorji. F’riżoluzzjoni relatata huma appellaw lill-pajjiżi Membri tal-OSCE, b’mod  speċjali dawk Membri tal-UE biex jikkommettu ruħhom għall-politika ta’ solidarjetà mar-rifuġjati u li jaqsmu r-responsabbilta' bejniethom f’dan il-qasam. Din ir-riżoluzzjoni rrikonoxxiet li atturi fix-xena nternazzjonali bħalma huma l-OSCE u l-UE ma jistgħux jinjoraw il-konsegwenzi umanitarji li qed jinħassu bħala riżultat tal-kriżi fil-Mediterran.

F’diskussjoni oħra, l-Parlamentari tal-OSCE laqgħu l-proċess ta’ Helsinki + 40 bħala opportunità ta’ reviżjoni ta’ kif qed jiġu mwettqa l-obbligi fl-oqsma umanitarji tal-OSCE, bħalma huma d-dritt ta’ laqgħat fil-miftuħ, id-dritt tal-media u tal-espressjoni ħielsa, prinċipji demokratiċi, l-primat tal-liġi u t-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni u biex jiġu eżaminati zviluppi rigressivi f’dawn l-oqsma.

Fost l-oħrajn dawk preżenti ddiskutew fuq suġġetti bħalma huma l-ġlieda kontra t-tortura, il-kontrol demokratiku fuq is-settur tas-sigurtà kemm dak pubbliku kif ukoll dak privat, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, prevenzjoni u prosekuzzjoni kontra t-traffikar tat-tfal għall-abbużi sesswali, kif ukoll il-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet soċjo-ekonomiċi fir-reġjun kollu tal-OSCE. 

Diskussjoni oħra mportanti kienet dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna wara l-iżviluppi li seħħew fir-Reġjun tal-Crimea. Finalment l-Assemblea Parlamentari appellat għal soluzzjoni fir-rispett tad-diversi prinċipji tal-OSCE. 

Id-delegazzjoni Maltija li ħadet sehem f’din is-sessjoni kienet immexxija mill-Membru Parlamentari Godfrey Farrugia. Il-membri l-oħra tad-delegazzjoni Maltija kienu l-Membru Parlamentari Carmelo Abela u r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-OSCE, l-Ambaxxatur Keith Azzopardi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow