TITJIB TA’ SERVIZZI FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana illum attendiet attività fir-Residenza San Vinċenz de Paul fejn apparat ġdid ngħata lill-ħaddiema biex appuntu jintuża fis-swali. Fost l-apparat kien hemm lifters u apparat ieħor ta’ teknoloġija għolja u sofistikata biex jgħin lill-ħaddiema biex jiżvolġu xogħolhom aħjar u b'mod iktar sod biex jkollhom rashom mistrieħa mis-saħħa u sigurtà fil-post tax-xogħol tagħhom.
Dr Justyne Caruana qalet li dan l-apparat huwa frott ta’ ħidma tal-ħaddiema li għamlu business plan relattiv flimkien mal-amministrazzjoni tar-residenza. Issa b’dan l-apparat, il-Gvern qiegħed jagħmel qabża oħra fil-kwalità tas-servizz li jagħti lill-anzjani. Ħabbret kif din hija l-ewwel konsenja minn fost senisiela ta’ konsenji ta’ apparat ġdid.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041