Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR EDWARD ZAMMIT LEWIS INIEDI KUMITAT TA’ KONSULTAZZJONI SABIEX IFASSAL STRATEĠIJA GĦAT-TURIŻMU BIT-TEMA 'TURIŻMU B'VIŻJONI, TURIŻMU B'DIREZZJONI'

pr141514
Date Icon 04/07/2014

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis saħaq li s-settur turistiku ilu għal deċenji sħaħ meqjus bħala storja ta’ suċċess. Il-politika għat-Turiżmu eżistenti tkopri s-snin bejn l-2012-2016. Huwa qal li jemmen dwar il-ħtieġa li jkun hemm aġġornament bl-għan ewlieni li jkun hemm viżjoni ċara li tmur ‘il hinn minn dan it-terminu u tkun roadmap ta’ fejn sejrin bħala pajjiż f’dan is-settur.

Il-Ministru għat-Turiżmu rrefera b’mod pożittiv għal xi wħud mill-istatistiċi li kienu ppubblikati fl-aħħar jiem. F’April ta’ din is-sena kienet irreġistrata żieda ta’ 13% fil-wasliet u ta’ 10% fl-iljieli. Din iż-żieda nħasset tajjeb ħafna wkoll f’Għawdex meta fl-istess perjodu kienet irreġistrata żieda ta’ 9% fil-wasliet u 15% fl-iljieli. Ix-xahar ta’ Mejju ra tkabbir ta’ aktar minn 8% fl-ammont ta’ turisti li żaru Malta.

Il-Ministru għat-Turiżmu semma li għalkemm iċ-ċokon tal-gżejjer Maltin jippreżentaw sfidi uniċi għandna bżonn nisfruttaw prospetti ta’ tkabbir mingħajr ma nipperikolaw is-sostenibbilità tal-industrija. B’hekk, kompla jgħid, niggarantixxu aġġornament bir-reqqa tal-politika għat-turiżmu għas-snin li ġejjin f’qafas ta’ viżjoni fit-tul dwar żvilupp fl-industrija.

“Irridu noħolqu aktar opportunitajiet għal higher visitors spending u nimmiraw biex inżidu l-profitt mit-turisti barranin ras għal ras. Barra minn hekk, irridu wkoll naraw l-ispejjeż ta’ strutturi u ntejbu l-effiċjenza tal-industrija li tagħti kontribut ekonomiku lis-settur, u li ttejjeb il-vijabbilità tagħha b’mod ġenerali.”

L-għan prinċipali tal-politika għat-turiżmu huwa maħsub li jkollu l-identifikazzjoni ta’ setturi tas-suq li għandhom potenzjal ta’ tkabbir għax-xhur tax-xitwa u dawk hekk imsejha shoulder months.
“Il-konnettività se tibqa’ l-bażi fundamentali ta’ din il-politika u aħna għandna bżonn li jiżdiedu l-isforzi tagħna biex ikunu sfruttati swieq ġeografici ġodda li jespandu fuq dawk eżistenti u li għandhom potenzjal ta’ tkabbir, speċjalment matul l-offpeak”, kompla l-Ministru għat-Turiżmu.

“Il-kompetizzjoni hija kbira u tiżdied kontinwament hekk kif destinazzjonijiet varji qegħdin iżidu fir-reklamar u l-marketing”, fisser il-Ministru għat-Turiżmu. Il-proċess u l-metodoloġija użata mill-kompetituri tagħna qed issir aktar sofistikata filwaqt li web marketing se jsir aktar dominanti fil-futur qrib. Dan ifisser li Malta għandha  kontinwament tkun proattiva u tkompli b’ritmu li possibilment jimxi qabel il-kompetituri tagħna.

Jinħass il-bżonn li r-reviżjoni tal-politika għat-turiżmu tqis numru ta’ fatturi fosthom il-kontribut ekonomiku għoli u dak li tagħti l-industrija lill-ekonomija tagħna kif ukoll l-implikazzjonijiet soċjali u l-livelli ta’ sodisfazzjon tat-turisti, li jeħtieġu li jinżammu f’livell tajjeb sabiex nikkompetu.
Biex dan il-proċess jirnexxi, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis ħatar kumitat konsultattiv magħmul minn rappreżentanti tal-industrija li jkunu jistgħu jikkontribwixxu fl-iżvilupp ta’ din ir-reviżjoni tal-politika għat-turiżmu. Din il-politika għandha tkun segwita minn pjan ta’ implimentazzjoni li se jitmexxa mill-MTA bl-appoġġ tal-partijiet interessati kollha tal-industrija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow