Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA JINDIRIZZAW ATTIVITÀ RELATATA MAL-PROĠETT LIFE+ MIGRATE ORGANIZZATA MIL-MEPA

pr141510
Date Icon 04/07/2014

Dalgħodu meta kien qed jindirizza t-tnedija tal-proġett Life+ Migrate, il-Ministru Leo Brincat faħħar lill-istakeholders li kienu involuti f’dan il-proġett li se żżid il-valur tal-kontribuzzjoni ta’ pajjiżna dwar habitats u Bijodiversità.

Huwa qal li hija ħasra li l-kelma Bijodiversità waħedha mhix daqshekk mifhuma mill-pubbliku inġenerali daqs it-tibdil fil-klima jew l-ekonomija l-ħadra għalkemm tolqot lid-dinja naturali ta’ madwarna.

Il-Ministru Brincat qal li t-telf tal-bijodiversità fl-Ewropa huwa inkwetanti meta wieħed jirrealizza li ħafna drabi huwa riżultat tal-attività tal-bniedem.

Huwa fisser kif ix-xahar li għadda l-Unjoni Ewropea nediet inizzjattiva xierqa fuq il-bżonn li jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità - ‘No Net Loss’.

Il-Ministru Brincat saħaq li għandu jkun l-għan ta’ kull pajjiż li jikkunsidra jdaħħal oġġettivi tan-‘NO NET LOSS’ fil-leġiżlazzjoni futura tagħhom bħalma diġà għamlu Franza u l-Ġermanja.

L-Unjoni Ewropea tidher determinata li tara li din l-inizzjattiva xierqa ma tispiċċax fix-xejn.

Il-Ministru Brincat temm jgħid li dan jikkonfermah il-fatt li l-Unjoni Ewropea għadha kif nediet proċess ta’ konsultazzjoni li mar ‘l hinn minn gvernijiet ċentrali, billi staqsiet lil ċittadini interessati, awtoritajiet pubbliċi, negozji u NGO’s għall-fehmiet tagħhom dwar l-inizjattiva ‘NO NET LOSS’ fuq livell Ewropew.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari l-Avukat Michael Falzon beda biex jirringrazzja lill-Ministru Leo Brincat għas-sinerġija li teżisti bejn iż-żewġ naħat u awgura li din il-ħidma u koperazzjoni tibqa’ fis-seħħ għal proġetti oħrajn fil-futur.  Huwa qal li dan il-proġett huwa mmirat biex jikkonserva l-Bottlenose Dolphin u l-Loggerhead Turtle,  proġett li huwa l-ewwel tax-xorta tiegħu fil-Gżejjer Maltin.  Dan minħabba l-fatt li s’issa ftit li xejn hemm data xjentifika neċessarja biex tipproteġi u tikkonserva speċi importanti bħal dawn.

L-Avukat Michael Falzon kompla billi qal li l-impenn ta’ Malta, bħala gżira f’nofs il-Mediterran, biex tikkonserva l-biodiversità marittima, huwa ta’ importanza kbira kemm għall-generazzjoni preżenti kif ukoll dik futura.  Aħna niddependu minn ambjent marittimu nadif, b’saħħtu u produttiv għal ħafna raġunijiet.  Għandna bżonn nagħtu iktar valur lill-postijiet u riżervi marittimi protetti, biex b’hekk inkunu qegħdin inwaqqfu t-telfa tal-biodiversità u niżguraw użu sostenibbli ta’ riżorsi marittimi.

Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda billi qal li dan il-proġett fuq il-fkieren u d-dniefel huwa parti mill-istrateġija tal-Gvern biex jipproteġi kemm l-ispeċi protetti kif ukoll l-abitat tagħhom, u jifforma parti minn tliet proġetti.

Huwa rringrazzja wkoll lill-istakeholders kollha preżenti u lil dawk kollha li qed jagħtu sehemhom fi proġetti bħal dawn li jinvolvu wkoll koperazzjoni internazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow