Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT MARIE-LOUISE COLEIRO PRECA TNIEDI L-BALLU TAL-QAMAR TA’ AWWISSU 2014

pr141507
Date Icon 04/07/2014

‘Dan huwa l-ewwel ballu li qed jiġi organizzat minn din il-Presidenza. Jiena u żewġi Edgar se nżommu mat-tradizzjoni u nospitawh fil-Palazz tal-Verdala nhar is-Sibt 2 ta’ Awwissu 2014’. Qalet dan il-President Marie-Louise Coleiro Preca matul it-tnedija tal-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu jew kif inhu magħruf aħjar bħala l-August Moon Ball. 

Il-Markeżino Daniel De Petri Testaferrata, iċ-Ċermen tal-Ballu, irringrazzja lill-President u lis-Sur Preca talli f’din il-Presidenza l-ġdida reġa’ ġie fdat biex jorganizza dan il-Ballu. Spjega li dawk kollha interessati jistgħu jibdew jibbukkjaw mil-lum mis-sit elettroniku www.augustmoonball.com jew inkella mill-Palazz il-Belt u l-Palazz ta’ San Anton. 

‘It-tender għall-ikel intrebaħ mill-Island Caterers, filwaqt li bħalma jiġri kull sena, il-Marsovin se jkun qed jagħti l-inbid b’xejn’, qal il-Markiż De Petri Testaferrata. Id-donazzjoni mitluba se tkun ta’ sebgħin Ewro bil-għan li wieħed ma joqgħodx jerġa’ jħallas għall-fuljett tal-menu. 

Min-naħa tagħha l-President Coleiro Preca qalet li d-domanda għall-għajnuna mill-Malta Community Chest Fund kompliet tikber tant li fil-ġimgħa qed ikun hemm medja ta’ sittin talba. ‘Għalhekk li se nkunu qed inżidu l-attivitajiet organizzati mill-Presidenza, fosthom bl-ewwel attività ġdida li se tittella’ l-ġimgħa d-dieħla bl-isem ta’ ‘IL-FESTA f’San Anton’, saħqet il-President Coleiro Preca.

Tkellmet ukoll dwar elementi ġodda fil-Ballu hekk kif wieħed mill-għanijiet ta’ din il-Presidenza huwa t-tisħiħ tal-identità Maltija. Fost dawn l-elementi hemm l-introduzzjoni tar-re-enactments tal-epoka tal-Kavallieri ta’ San Ġwann kif ukoll il-karozzin li se jkun qed iwassal lil dawk li se jattendu, mill-post fejn jipparkjaw il-vetturi tagħhom barra l-Palazz sa ġol-Palazz fejn se jsir il-Ballu.

Il-President Coleiro Preca ħeġġet lil dawk interessati biex ma jħallux għall-aħħar biex jibbukkjaw għaliex minħabba l-kobor tal-post, il-postijiet huma limitati.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit www.augustmoonball.com jew iċempel fuq 21 226 226.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow