IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU EDWARD ZAMMIT LEWIS JILQA’ B’SODISFAZZJONI AKTAR RIŻULTATI POŻITTIVI GĦAX-XAHAR TA’ MEJJU
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis għall-xahar ieħor konsekuttiv josserva b’sodifazzjon żieda fl-ammont ta’ turisti li żaru Malta fix-xahar ta’ Mejju 2014. Skont ċifri maħruġa dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, Mejju ra żieda ta’ aktar minn 8% fl-ammont ta’ turisti li żaru Malta meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra. Dan irriżulta f’żieda ta’ kważi 3% fin-nefqa ta’ dawn it-turisti f’Malta kif ukoll żieda ta’ aktar minn 3% fl-iljieli li qattgħu f’Malta f’Mejju li għadda meta kkumparat ma’ Mejju 2013.
Bejn Jannar u Mejju 2014 in-numru ta’ turisti li ġew Malta aktar minn darba żdied b’aktar minn 7% meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena 2013. Interessanti l-fatt li minn dawn is-7%, hemm aktar minn 11% li ġew Malta aktar minn darbtejn fis-sena.
F’Mejju li għadda l-ammont ta’ turisti barra mill-Unjoni Ewropeja kien ta’ aktar minn 14%, ikkumparat ma’ Mejju 2013. Din iż-żieda hija d-doppju taż-żieda perċentwali ta’ turisti li żaru Malta f’Mejju li għadda kkumparat ma’ Mejju tas-sena l-oħra. Turisti barra mill-Unjoni Ewropeja li żaru Malta f’Mejju li għadda żdiedu b’aktar minn 50% meta kkumparat ma’ Mejju 2012.
Bejn Jannar u Mejju 2014, iż-żieda ta’ turisti barra mill-Unjoni Ewropeja kienet ta’ kważi 28%, ikkumparat mal-istess perjodu tas-sena 2013. Ta’ min jinnota li l-ammont ta’ turisti Russi u Amerikani żdied b’21% u b’26% rispettivament meta mqabbel l-ewwel ħames xhur tas-sena 2014 mal-istess xhur tas-sena 2013.
Dan ir-riżultat hu sinifikanti għaliex huwa l-għan tal-Gvern illi jħares lejn non-EU sources markets u jkabbarhom, aktar u aktar meta bħalissa l-aħjar ekonomiji qegħdin fil-maġġor parti tagħhom barra mill-Unjoni Ewropea.
Ta’ min jirrimarka bi pjaċir li l-ammont ta’ passiġġieri fuq il-cruiseliners żdied b’erba’ darbiet aktar f’Mejju li għadda meta mqabbel ma’ Mejju tas-sena l-oħra. L-akbar żieda nħasset minn passiġġieri li kellhom l-età ta’ bejn l-20 u d-39 sena, fejn l-ammont tagħhom żdied b’14-il darba aktar.
Dan hu importanti hafna għaliex wara is-sena 2013 erġajna qbadna momentum pożittiv fejn tidħol l-industrija tal-cruiseliners li hija niċċa importanti ħafna fis-settur turistiku tagħna.
Fuq nota pożittiva oħra l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-kumpanija mmaniġġjat 1.8 miljun ta’ passiġġier, jiġifieri 7.7% aktar mal-istess perjodu is-sena li għaddiet.
Riżultati pożittivi kienu rreġistrati fis-source markets kollha. Franza rreġistrat l-akbar tkabbir, dak ta’ 17.9%. Madanakollu, ir-Renju Unit baqa’ l-akbar suq fejn baqa’ fl-ewwel pożizzjoni u kkontribwixxa fi tkabbir ta’ 6.7%. Tkabbir sinifikanti ġie rreġistrat wkoll mis-suq Taljan hekk kif kien hemm żieda ta’ rottot.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041