ŻJARA TA’ KORTEŻIJA MILL-KUMMISSARJU GĦOLI AWSTRALJAN JANE LAMBERT LILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU EDWARD ZAMMIT LEWIS
Iż-żewġ partijiet iddiskutew il-komunitajiet Maltin fl-Awstralja u kemm dawn irnexxielhom jintegraw fis-soċjetà Awstraljana u jagħtu kontribut għal għexieren ta’ snin lill-ekonomija tal-Awstralja.
Il-Ministru Zammit Lewis irrefera għal madwar tmien miljuni u nofs Awstraljan li ta’ kull sena isiefru mill-kontinent Awstraljan għal destinazzjonijiet turistiċi fid-dinja. Il-Ministru Zammit Lewis semma li hija l-politika tal-Gvern dwar it-turiżmu illi ma nistriħux biss fuq is-source markets tradizzjonali iżda nħarsu lejn pajjiżi barra mil-Unjoni Ewropeja għal aktar turiżmu u turiżmu ta’ kwalità. Il-Ministru determinat li jwettaq dan, aktar u aktar meta s-sena d-dieħla f’pajjiżna se jkun hawn il-laqgħa tal-Kapijiet tal-Istati tal-Commonwealth (CHOGM), li għandha tkun okkażjoni f’waqtha biex Malta tkun vetrina għal turiżmu mill-Awstralja.
Il-Kummissarju Għoli qablet ma’ dan u esprimiet l-impenn tagħha li tgħin f’dan ir-rigward permezz ta’ inizzjattivi konkreti min-naħa tagħha wkoll.
Il-partijiet qablu li jżommu kuntatt regolari.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041