Left arrow Go Back

TNEDIJA TA’ SERVIZZ TA’ OUTREACH SOCIAL WORK GĦALL-ANZJANI F’ERBA’ LOKALITAJIET F’MALTA

pr141472
Date Icon 30/06/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana illum nediet proġett pilota - servizz ta’ Outreach Social Work għall-Anzjani.

Dr Caruana qalet li huwa fatt magħruf li l-anzjani f’pajjiżna u madwar id-dinja qegħdin jgħixu iżjed. Qalet li f’Malta kważi kwart tal-popolazzjoni Maltija huma anzjani, u dan ovvjament iġib miegħu diversi sfidi u għalhekk il-Gvern għaddej b'inizjattivi ġodda b'risq l-anzjani. Dawn jinkludu:

• Politika soċjali għal anzjanità attiva;

• Korsijiet għal dawk li se jispiċċaw mid-dinja tax-xogħol waqt li nkomplu insostnu l-università tat-tielet età;

• Liġi sabiex nipproteġu aktar lill-anzjani u persuni vulnerabbli minn abbużi;

• Pieni aktar ħorox għal min jabbuża jew juża vjolenza fuq anzjani u persuni vulnerabbli;

• Transformazzjoni taċ-Ċentri ta' Matul il-Jum f’Lifelong Learning Hubs;

• Strutturi ġodda sabiex iċ-ċentri ta’Matul il-Jum u id-Djar tal-Anzjani jkunu mmexxija b’involviment akbar tal-anzjani stess.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ħabbret it-tnedija ta’ dan is-servizz ġdid, servizz ta’ social work fil-komunità permezz tal-Kunsilli Lokali. Qalet li dan il-proġett ser jibda f’erba’ lokalitajiet: l-Isla, Ħad-Dingli, Mellieħa u Ħal Qormi; iżda mis-sena d-dieħla dan is-servizz ser jiġi estiż ma’ Malta kollha.

Dr Caruana sostniet li dan huwa servizz immirat għal numru ta’ anzjani avvanzati fl-età, li numru minnhom jkunu jgħixu weħidhom. Qalet li permezz ta’ dan is-servizz ġdid, is-social workers ikunu jistgħu jżuru lil dawn l-anzjani darba f’ġimgħa u jaraw li saħħithom hija tajba. Sostniet li s-social workers li jaħdmu fid-dipartiment huma nies li ġew imħarrġa għal dan it-tip ta’ xogħol b'mod professjonali u ser ikun hemm follow up tal-anzjani tagħna tal-inqas darba fil-ġimgħa u se jkun qed jinżamm record ta’ dawn il-viżti.

Is-Segretarju Parlamentari irringrazzjat lil Emma de Lucca, li tmexxi s-social work unit fid-Dipartiment tal-Anzjani u lis-social workers  Joseph Scerri, Ann Scicluna, u Silvia Muscat li flimkien ma’ Emma de Lucca qiegħdin jagħmlu dan possibli.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo sostna li sabiex il-politika tal-Anzjanità Attiva tirnexxi din hemm bżonn illi tinżel ukoll fuq bazi lokali. Filwaqt li faħħar din l-inizjattiva huwa saħaq li l-Kunsilli Lokali għandhom l-obbligu li jservu bħala s-sinsla soċjali tal-kommunitajiet tagħna, xi ħaġa li qed tkompli tissaħħaħ permezz ta’ dan il-proġett pilota.

Huwa sostna wkoll li din il-politika li addotta l-gvern hija parti minn katina ta’ inizjattivi li ser ikomplu jgħinu sabiex nagħtu xi ħaġa lura lill anzjani tagħna hekk kif permezz tas-social workers dawn ser ikunu jistgħu jibqghu jgħixu fil-komunitajiet li jkunu qattgħu ħajjithom fihom. Xi ħaġa li ċertament ser tkompli tgħin lill anzjani tagħna sabiex jibqgħu attivi.

Is-Segretarju Parlamentari ħeġġeġ aktar Kunsilli Lokali jieħdu sehem f’dan il-proġett pilota, proġett li ser ikompli jressaq il-kunsilli lokali aktar vicin in-nies u b’hekk ikunu ferm aktar effettivi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow