Left arrow Go Back

INQAS SKART MILL-IKEL = AMBJENT AĦJAR + AKTAR FLUS F’IDEJK

pr141467
Date Icon 30/06/2014

Diskors tal-Ministru Leo Brincat waqt it-tħabbir tal-working group dwar l-Iskart mill-Ikel (Food Waste) - Lukanda Hilton, San Ġiljan – 30 ta’ Ġunju 2014

Bħalissa madwar din il-mejda għandkom taħlita ta’ persuni b’ esperjenza vasta fil-qasam tagħhom, miġburin hawn flimkien b’għan wieħed.

Dan il-grupp, taħt il-ko-ordinazzjoni ta’ Ms Lisa Cassar Shaw, iċ-Chairperson tal-working group li għadni kif ħtart, ser ikunu impenjati biex sa tmiem Awwissu li ġej iħejju għadd ta’ rakkomandazzjonijiet prattiċi, fattibbli u li jistgħu jitwettqu  mingħajr wisq diffikultà, bil-għan li nindirizzaw flimkien il-fenomenu tal-Food Waste li bħalissa qed jiġi indirizzat fuq diversi livelli: minn dak ta’ organizazzjonijiet dinjija bħal FAO, għall-Gvernijiet ta’ kull lewn politiku.

Aħna ser inkunu qed naħdmu flimkien ma’ practitioners li huma rappreżentanti ta’ għadd ta’ setturi li jvarjaw mill-hospitality business, il-catering fosthom il-lukandiera, is-supermarkets, ir-regolaturi fil-qasam tal-iskart, dawk li jiġbruh, il-Kunsilli Lokali, u s-settur tas- saħħa fost oħrajn. Nixtieq inħabbar li l-Oppożizzjoni ġiet mistiedna tinnomina rappreżentant fuq dan il-working group.

Il-ħidma tagħhom sejra tkun waħda, li jindirizzaw flimkien l-isfida tal-problema tal-iskart mill-ikel li b’kollox jitla’ għal madwar kwart tal-iskart kollu li noħolqu u niġġeneraw.

Meta nżommu f’moħħna li ħafna minn dan l-ikel seta’ faċilment ittiekel jew ġie iffrankat, mal-ewwel naslu għall-konklużjoni waħda, li fil-fatt hija wkoll t-tema ewlenija ta’ dan l-eżerċizzju li qegħdin inniedu llum: Inqas skart mill-ikel = Ambjent aħjar + Aktar flus.

Min inaqqas l-iskart mill-ikel ikun qed jaħseb għal-saħħtu, għall-ambjent u anki għal-butu.

Fl-Ingilterra biss, huwa stmat li l-iskart mill-ikel jitla’ għal madwar ħames biljun lira sterlina fis-sena.

Meta u jekk innaqsu l-iskart mill-ikel igawdu kemm iċ-ċittadini komuni, il-households Maltin u Għawdxin u anki n-negozji nfushom.

Ma jiswa xejn li naspiraw biex kulħadd jgħix ħajja diċenti biex imbgħad insibu li hemm tant ikel li qed jinħela u jintrema.  Dan, b’dannu ekonomiku, ambjentali u anki għar-riżorsi tal-pajjiż.

B'anqas ħela ta’ ikel, imur anqas skart fil-landfills tagħna u aktar nispiċċaw innaqqsu l-gassijiet serra marbutin mat-tibdil tal-klima.

Min huwa espert fis-suġġett jgħidlek li l-iskart mill-ikel ġej primarjament min-nies li jippjanaw ħażin, li jixtru ikel aktar milli għandhom bżonn, li ma jaħżnux l-ikel kemm u kif suppost, li ma jifhmux preċiżament xi jfisser id-date labelling u x’tip ta’ ikel għandu jiġi ffriżat, li jqassmu ħażin il-porzjonijiet tal-ikel kif ukoll li jagħmlu użu ħażin tal-leftovers.

Din il-ħidma tal-lum hija biss il-bidu ta’ triq li trid twassal biex il-problema tal-iskart mill-ikel tkun fost l-elementi ewlenin tal-kampanja edukattiva dwar l-immaniġġjar tal-iskart li għandha parti integrali x’tilgħab fit-tħaddim tal-pjan tal-iskart innifsu.

Huwa aktar importanti li tnaqqas l-iskart li toħloq flok tħabbel rasek dwar kif ser tiddisponi u teħles minnu.  Jekk ma nkejlux il-problema li qed nitkellmu dwarha llum, żgur ma nkunux kapaċi noffru soluzzjonijiet xierqa.

Mhuwiex soltu li jkollok mal-istess mejda chefs u restaurateurs stabbiliti, nies mis-settur tas-saħħa, tal-immaniġġjar tal-iskema tal-iskart, nies bi kwalifiċi fil-food waste nnifsu, rappreżentanti ta’ korpi kostitwiti bħall-MHRA u Kunsilli Lokali.

Jekk jirnexxielna nqajmu kuxjenza dwar dan kollu nkunu diġà bdejna mexjin tul triq li fl-aħħar mill-aħħar għandha tkun fl-aħjar interessi ta’ kulħadd.

Din mhiex xi issue politika jew kontroversjali.  Anzi għall-kuntrarju għandha tikseb l-appoġġ tal-istakeholders kollha lokali bis-soċjetà ċivili nnifisha tkun iċ-ċavetta tas-suċċess prospettiv tagħha.

Għalkemm il-pjan li niedejna aktar kmieni din is-sena jitkellem ċar dwar tnaqqis mill-iskart permezz tal-hekk imsejjaħ waste minimisation, aħna nemmnu li nistgħu naslu biss jekk jkun hemm ir-rieda ta’ kulħadd.

Iżda biex ikun hemm ir-rieda jkun jeħtieġ qabel xejn li kulħadd ikun infurmat dwar il-ħtieġa u l-importanza ta’ dan kollu.

Ninsab fiduċjuz li l-persuni madwar din il-mejda ser jgħinu biex bl-ideat tagħhom jiftħu moħħ ħafna nies dwar kif jistgħu jixtru, jikkunsmaw u jiddisponu mill-ikel b’aktar għaqal u galbu.  Tgawdu intom u jgawdi il-food supply chain innifsu wkoll.  Din il-problema bħalissa qegħda tiġi indirizzata fuq livell globali, internazzjonali, reġjunali u anki lokali.

Ħidmet dan il-working group sejra tkun biex naraw l-aktar mod effettiv u effikaċi kif tista’ tiġi indirizzata fuq bażi lokali.

Meta nara is-CVs tal-persuni madwar din il-mejda nqawwi qalbi li ser inkunu qed inħallu x-xogħol għal min jaf jagħmlu u għal min jinsab kommess li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin permezz tal-ħidma u l-ideat tiegħu.

pr141467a.pdfpr141467a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow