L-ISPEAKER FI ŻJARA UFFIĊJALI F'PALAZZOLO ACREIDE, SQALLIJA
pr141462
29/06/2014
Matul il-jum tal-bieraħ, il-President tal-Kamra tad-Deputati l-Onorevoli Anġlu Farrugia fuq stedina uffiċjali tas-Sintku ta' Palazzolo Acreide Carlo Scibetta, kien fost il-persuni distinti mistiedna li pparteċipaw f'konferenza bit- tema diskussa "IL TERRITORIO, LA CULTURA, E LE IMPRESE MULTIFUNZIONALE PER NUOVE FORME DI COOPERAZIONE NEL MEDITERRANEO".
Il-konferenza nżammet fil-Palazzo Comunale ta' Palazzolo Acreide.
Wara li ntemmet l-konferenza, l-iSpeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia flimkien mal-mistiedna distinti, għamlu familiarisation visit fit-territorju fir-rigward tar-realtajiet imprenditorjali.
Diskors anness.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041
PR141462a.pdf