Left arrow Go Back

IMNEDIJA KAMPANJA T’GĦARFIEN DWAR GĦAŻLA AĦJAR TA’ MEDIĊINI GĦALL-KONSUMATUR

pr141451mt
Date Icon 27/06/2014

Kampanja mibnija fuq proċess ta’ djalogu sostnut minn erba’ pilastri

Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili nieda kampanja t’għarfien dwar is-suġġett  ‘Il-Mediċini: Għażla Aħjar Għalik.’

Il-kampanja hija mmexxija mill-Awtorità dwar il-Mediċini flimkien mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), u tnediet waqt laqgħa pubblika organizzata flimkien mal-MEUSAC.

Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru s-Sur Joseph Camilleri semma’ kif din il-kampanja hija mibnija fuq proċess ta’ djalogu sostnut minn erba’ pilastri:

1. Roħs tal-prezzijiet tal-mediċini.

2. It-tisħiħ tal-Awtoritajiet ikkonċernati speċjalment dawk li jieħdu ħsieb il-konsumatur u dawk li jassiguraw il-kwalità tajba tal-mediċini.

3. Informazzjoni lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa kif ukoll lill-pazjenti dwar l-għażla u l-użu tal-mediċini.

4. Assigurazzjoni li l-pazjenti jkollhom għażla sħiħa ta’ mediċini effettivi u ta’ kwalità tajba.

Dan id-djalogu qed iservi biex il-prezzijiet tal-mediċini jinżammu fl-inqas prezz għall-pazjenti u fl-istess waqt il-pubbliku jkollu disponibbli l-mediċini essenzjali bi prezz raġonevoli u xieraq meta mqabbel ma’ pajjiżi oħrajn.

Il-Professur Anthony Serracino Inglott, Chairperson tal-Awtorità dwar il-Mediċini, spjega kif l-Awtorità tevalwa l-mediċini kemm dawk ta’ referenza kif wkoll ġeneriċi sabiex ikun assigurat li dawn il-prodotti jilħqu l-istandards meħtieġa. 

Irid jiġi assigurat ukoll li dawn għandhom iktar benefiċċji milli riskji, li huma ta’ kwalità tajba u li jħallu l-effett/i kif preżentati lill-pazjenti.
Ġie spjegat kif il-pazjenti jistgħu jinvolvu ruħhom fl-għażla tal-mediċini billi jistaqsu lill-ispiżjar jew lit-tabib dwar l-ghażla tal-mediċini bi prezzijiet differenti.

Iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur Marcel Pizzuto semma’ kif il-kompetizzjoni trid tilgħab rwol biex tiżgura li s-suq jiffunzjona favur il-konsumatur biex b’hekk ikun jista’ jibbenefika minn kwalità aħjar, għażla aktar wiesa’ ta’ mediċini, varjetà ta’ prodotti, iżjed innovazzjoni u prezzijiet orħos.

Fisser kif  it-tobba u l-ispizjara jilagħbu rwol importanti għax joffru informazzjoni dwar l-għażla tal-mediċini sabiex il-konsumatur ikun jista’ jixtri mediċini bi prezz raġonevoli.

Il-laqgħa pubblika tmexxiet mid-Direttur fi ħdan l-Awtorità dwar il-Mediċini s-Sur Gavril Flores filwaqt li saret ukoll preżentazzjoni dwar is-suġġett mis-Sa Helen Vella mid-Direttorat għal-Liċenzjar fi ħdan l-istess awtorità.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow