-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-AMBAXXATRIĊI TAR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia, dalgħodu kellu żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatrici tar-Repubblika tal-Moldova, ET is-Sinjura Stella Stingaci.
Matul il-laqgħa, l-iSpeaker tenna l-importanza ta’ din iż-żjara ta’ kortesija hekk kif issegwi ż-żjara uffiċċjali li kienet għamlet f’pajjiżna l-ET is-Sinjura Natalia Gherman, Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Moldova, fejn flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ pajjiżna, Dr George Vella, kienu ffirmaw dikjarazzjoni konġunta li tistipula l-appoġġ li Malta tista’ tagħti lill-Moldova bħala membru tal-Unjoni Ewropeja.
L-Ispeaker wassal l-awgurju tiegħu hekk kif proprju llum jidħol fis-seħħ l-Association Agreement and the Deep and Comprehensive free Trade Agreement mal-Unjoni Ewropeja.
Matul l-istess laqgħa, l-iSpeaker Dr Anġlu Farrugia invita lill-President tal-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova Dr Igor Corman għal żjara uffiċċjali ġewwa pajjizna li għandha tinżam fl-aħħar jiem ta’ Lulju 2014. L-iSpeaker rrifera wkoll għall-possibilita` ta’ bdil ta’ żjarat f’livell Parlamentari kif ukoll it-twaqqif ta’ Joint Parliamentary Friendship Group.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041