Left arrow Go Back

SKOPRI T-TALENT TIEGĦEK

pr141442
Date Icon 26/06/2014

Ħamsa u erbgħin finalist minn 14–il skola primarja f’Għawdex ġew ippreżentati b’diplomi u  ċertifikati.  Madwar 240 student ipparteċipaw fl-iskema ‘Skopri t-talent tiegħek’. Dawn l-istudenti ppreżentaw l-ideat tagħhom permezz ta’ tpinġijiet mifruxa fuq tliet temi: Il-Ferħ tal-Milied, Żmien il-Għid u s-Sbuħija tas-Sajf.   Finalment l-istudenti li laħqu l-livell meħtieġ ingħataw diploma u ċertifikati.

Din l-attivita’, l-għoti ta’ diplomi u ċertifikati, saret fiċ-Ċentru tal-Arti li jinsab fic-Ċittadella. Julie Azzopardi mill-iskola Primarja tal-Għarb ġiet fl-ewwel post waqt li Clarice Zammit mill-iskola primarja St. Francis u Kurt Theuma, minn Santa Tereża ġew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Ġew ippreżentati d-diplomi u ċ-ċertifikati fil-preżenża ta’ numru sabiħ ta’ Kapijiet/Assistenti Kapijiet ta’ skejjel, għalliema, studenti u ġenituri.  Lejn tmiem ic-ċerimonja, Manuel Grima, Segretarju  tal-Kunsill tal-Kultura f’Għawdex, ħabbar li dawn il-finalisti se jkollhom ħarġa edukattiva f’Malta fejn anke se jiltaqgħu mal-President ta’ Malta.

Guido Vella, Ċermen tal-Kunsill tal-Kultura, irringrazzja lill-Kapijiet tal-iskejjel u lill-istudenti talli ħadu sehem f’din l-iskema u awguralhom għas-sena d-dieħla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow