IL-MINISTRU LEO BRINCAT F’LAQGĦA TA’ KORTEŻIJA MINGĦAND ID-DIRETTUR TAL-REMPEC
pr141439
26/06/2014
F’laqgħa ta’ korteżija li kellu ma’ Frederic Hebert fi tmiem il-ħatra tiegħu f’Malta bħala Direttur tal-REMPEC (Regional Marine Pollution Emergency Response Centre for the Mediterranean Sea), il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat raddlu ħajr għall-impenn li wera tul is-snin.
Il-Ministru Brincat awgura li r-REMPEC tkompli taqdi l-funzjoni strateġika li dejjem kellha f’pajjiżna bħala organizazzjoni li tul is-snin tat sehem importanti bħala Emergency Response Centre fil-Mediterran dwar ir-tniġġiż tal-ibħra reġjunali kif ukoll li kkoperat bis-sħiħ ma’ bosta stati tal-kosta biex jindirizzaw l-isfidi li kellhom u għad jibqa jkollhom quddiemhom.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041