STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Ilbieraħ stess il-Gvern qal li m’għandu l-ebda problema biex jiddiskuti il-kwistjoni li tinvolvi punt legali bejn il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-Uffiċċju tal-Ombudsman.
Wieħed mill-elementi ewlenin fid-demokrazija huwa dak tac-checks and balances, jiġifieri li istituzzjoni tkun tista’ tikkontesta istituzzjoni oħra fuq punti legali.
Dan il-ministeru, b’rispett sħiħ lejn l-istituzzjoni tal-Ombudsman, jemmen illi t-teżi tiegħu hija imsaħħa b’dak li qed tgħid il-ligi. L-Oppożizzjoni s’issa m’urietx il-poplu għaliex dak li qed jgħid il-Ministru Manuel Mallia fuq il-liġi huwa skorett.
Minkejja dan il-Ministru ma jsib l-ebda oġġezzjoni biex issir diskussjoni fil-Parlament, anzi jixtieq li din id-diskussjoni sseħħ biex kull dubju jiġi kjarifikat.
Kontra għal kif qed tingħata l-impressjoni mill-Oppożizzjoni, ser jibdew diskussjonijiet fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra biex tinstab data meta din id-diskussjoni issir.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041