Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS AGIUS JIFRAĦ LIL NATHAN LEE XUEREB

pr141411mt
Date Icon 23/06/2014

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius illum għamel kuntatt permezz ta’ telefonata ma’ Nathan Lee Xuereb u l-kowċ tiegħu Jimmy Buġeja biex jifirħilhom wara r-rebħ tal-midalja tad-deheb tat-tiratur żgħażugħ fil-Junior Double Trap tal-Kampjonati Ewropej li saru fl-Ungerija.

Nathan Lee Xuereb laqat 28 minn 30 plattina fl-ewwel żewġ rawnds u straight perfett ta’ 30 fit tielet rawnd.  Huwa laqat 26 plattina u 24 fir-raba’ u ħames rawnds biex għamel total ta’ 136 minn 150 plattina.  B’dan ir-riżultat huwa kwalifika għas-semifinali flimkien ma’ sitt tiraturi oħra fejn laqat 26 minn 30, punteġġ eżatt daqs tlett tiraturi oħra, pero rebaħ shoot off biex kwalifika għall-midalja tad-deheb/fidda flimkien ma’ James Dedman tal-Gran Brittanja.

Fil-finali Nathan Lee Xuereb laqat 26 u Dedman 22 biex kien it-tiratur żgħażugħ Malti li rebaħ il-midalja tad-deheb.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow