Left arrow Go Back

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA JPOĠĠI LIL MALTA MAL-AQWA PAJJIŻI FIL-QASAM TAS-SERVIZZI TAĊ-CHILDCARE

pr141404
Date Icon 21/06/2014

Il-fatt li f’Malta jingħata childcare bla ħlas ipoġġi lil pajjiżna fost l-iktar pajjiżi fejn iċ-childcare huwa aċċessibli fl-Unjoni Ewropea, hekk kif l-Kummissjoni ippublikat ir-rapport ‘Key Data on Early Childhool Education and Care in Europe’.

Dan ir-rapport jsemmi l-importanza li anke min età żgħira t-tfal jkollhom taħriġ pjanat u adekwat għalihom u kif childcare jista jtejjeb l-ħiliet li t-tfal ikollom sa min età żgħira. Ir-rapport isemmi kif permezz ta’ childcare b’xejn Malta qeda fost l-iktar pajjiżi fuq quddiem f’dan il-qasam, fejn pajjiżi oħrajn bħal l-Irlanda, ir-Renju Unit u l-Lussemburgu għandhom fost l-ogħla rati ta’ miżati għaċ-childcare.

Dan ir-rapport juri li Malta qeda f’vantaġġ ma pajjiżi Ewropej oħra għax hija fost l-uniċi li toffri childcare b’xejn lil kulħadd u li l-maġġoranza tal-pajjiżi fl-UE jaħdmu b’sistema ta’ sussidji, u jingħata biss b’xejn lil persentaġġ zgħir tal-pajjiż.

Ir-rapport issemmi wkoll kif l-Gvern Malti qed jieħu passi biex iċ-ċertifikazzjoni tal-istaff li jaħdmu fil-kindergarten centres jogħla biex is-servizz jkun ta’ kwalità iktar professjonali.

Il-Gvern nieda ċ-childcare b'xejn min April ta’ din is-sena bl-għan li jgħin lil ġenituri, speċjalment l-ommijiet, jirritornaw lura fid-dinja tax-xogħol. L-inizjattiva ġiet estiża wkoll għal dawk l-ġenituri li qed jistudjaw biex jiksbu l-ħiliet meħtieġa għal impjieg. Iċ-childcare b'xejn ma japplikawx għalih dawk l-ġenituri li jaħdmu full-time biss, iżda anke dawk li jaħdmu part-time. Malta għandha rata baxxa ta' nisa li jaħdmu meta mqabbla ma' pajjiżi Ewropej u din il-politika tgħin biex din tinbidel u iktar nisa joħorgu jaħdmu.

Key Data on Early Childhood Education and Care in Europe jista jitniżżel minn dan il-link: http://eacea.ec.europa.eu/education/eurydice/documents/key_data_series/166EN.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow