STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
B’referenza għar-rapporti li qed jidhru fuq siti online li qed jirrappurtaw li persuna akkużata fil-kaz tal-ismart meters qalet fil-qorti li ma kinitx qed tirċievi kura psikjatrika fil-Forensic Unit ta’ Mount Carmel darbtejn fil-ġimgħa iżda darba fix-xahar, il-Ministeru talab spjegazzjoni lill-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva.
Jirriżulta li l-fiżjoterapista stess skont l-eżaminazzjoni medika ħarġet għall-konklużjoni biex il-pazjent u resident tal-Forensic Unit ikollu sessjonijiet ta’ darba f’ġimgħa u mhux darba f’xahar kif qed jiġi rrapurtat.
Filfatt jirriżulta li l-pazjent kellu dawn is-sessjonijiet ta’ fiżjoterapija :-
Marzu 3, 18, 25;
April 3, 8, 15, 22, 29;
Mejju 13, 20, 29;
Ġunju 4, 11, 14.
Jirriżulta ukoll li l-istess pazjent kellu sessjonijiet ta’ occupational therapy:-
Frar 21;
Marzu 21;
April 15;
Mejju 22;
Ġunju 5, 19.
Kif ukoll sarulu visti regolari minn uffiċjali mediċi fl-isptar Monte Carmeli fi:-
Frar 18, 22, 25, 27;
Marzu 8, 12, 14, 18, 22, 24, 29;
April 9, 22, 24, 26, 27, 28;
Mejju 3, 4, 10, 14 (kien trasferit għall-Isptar Mater Dei sas-16 ta’ Mejju), 17, 20, 26.
Apparti minn dawn id-dati, il-pazjent ikun invistat ukoll mill-konsulent psikjatriku b’mod regolari.
Minkejja dan, immedjatament wara li instema’ il-każ illum u l-pazjent irritorna Mount Carmel saru diskussjonijiet miegħu sabiex ikun żgurat li l-bżonnijiet mediċi tiegħu ikunu kollha mħarsa.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041