L-INTERVENT TAL-MINISTRU TAL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI MICHAEL FARRUGIA FIL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-POLITIKA SOĊJALI TAL-UNJONI EWROPEA (UE)
Is-sitwazzjoni tal-qgħad u l-faqar fil-pajjiżi differenti tal-UE ivarja, hekk kif ivarja wkoll il-livell ta’ illitteriżmu, il-ħiliet u l-qgħad fost iż-żgħażagħ.
Huwa għalhekk li kemm ir-riformi u l-prijoritajiet għal pajjiżi differenti jvarjaw, u l-approach ta’ one size fits all mhux l-aħjar metodu li naħdmu bih.
Il-miri principali tagħna għandhom ikunu kontra l-faqar permess tal-ħolqien tax-xogħol. Għandna nħeġġu parteċipazzjoni aktar wiesgħa irrispettivament mis-sess tal-individwu u nagħtu opportunitajiet akbar lil persuni b’diżabilita`.
Il-bżonn ta’ aktar family friendly measures u s-sostenn tas-social safety net, jassigura li noħolqu opportunitajiet pożittivi li jnaqqsu d-dipendenza fuq il-benefiċċji li jwassal għall-benefit trap.
Dan kollu jrid isir filwaqt li nassiguraw it-tisħiħ tal-prinċipji ekonomiċi.
Il-preparazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għal kull Pajjiż (Country Specific Recommendations) (C.S.R.’s), iridu jikkonċentraw aktar fuq riżultati mixtieqa imma mbagħad irid jitħalla fid-diskrezzjoni ta’ kull gvern li jifformola d-dettalji tar-riformi li għandhom ikunu sostenibbli u jilqgħu għall-ħtiġiet ta’ dak il-pajjiż.
Barra minn hekk, riżultati mixtieqa mhux bilfors li jidhru jew naslu għalihom fi żmien qasir.
Malta tinsab fi proċess ta’ tisħiħ ekonomiku u soċjali, parteċipazzjoni ta’ aktar persuni fis-suq tax-xogħol, qgħad fost iż-żgħażagħ li minn 13.6% niżel għal 12.7% fl-aħħar sena, riformi u opportunitajiet f’setturi diversi, preparazzjoni permess ta’ profiling għal dħul tal-garanzija għaż-żgħażagħ fix-xhur li ġejjin, u dan filwaqt li d-defiċit tniżżel għal taħt it-3%.
Huwa għalhekk li nemmnu li l-Istati Membri għandhom jingħataw aktar flessibilta` biex jiġu indirizzati żbilanċi soċjali u ekonomiċi fit-tul u jilqgħu għalihom.
Biex nagħlaq, ir-rakkomandazzjoni tagħna hi li l-Kummissjoni tingaġġa fi stadju aktar kmieni fil-proċess ta’ preparazzjoni tas-CSR’s ħalli kif semmejt diġa`, tissaħħaħ l-ownership tar-rakkomandazzjoniet. Barra minn hekk għandha titjieb il-koordinazzjoni bejn id-diversi kumitati fil-proċess biex tiġi żgurata koerenza fix-xogħol tagħhom.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041