Left arrow Go Back

ŻJARA FIL-PIXKERIJA L-ĠDIDA MIS-SEGRETARJI PARLAMENTARI RODERICK GALDES U IAN BORG

pr141387
Date Icon 19/06/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, Roderick Galdes, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u l-Fondi Ewropej, Ian Borg, żaru l-Pixkerija fil-Marsa biex jaraw ix-xogħlijiet li bħalissa għaddejin fuq dan il-post.

Roderick Galdes qal li l-pixkerija preżenti kienet inbniet fl-1911 u għalhekk, pajjiżna kellu bżonn ta’ waħda iktar moderna u attrezzata minħabba n-neċessitajiet tas-settur. Hekk kif spjegat minnu, il-pixkerija l-ġdida mistennija tkun konformi mal-istandards meħtieġa mill-Unjoni Ewropea u ser tiggarantixxi li l-ħut jinbigħ b’mod li jkun hemm titjib fil-kwalità tal-prodott. 

Intqal ukoll li s-sit magħżul mill-amministrazzjoni preċedenti mhux wieħed ideali peress li ma jinstabx ħdejn il-baħar. Madankollu s-Segretarjat irnexxielu jikseb aċċess fil-port fejn il-ħut fi ftit minuti jkun tniżżel l-art u mwassal fil-pixkerija. Għaldaqstant, permezz tal-fondi Ewropej dan is-sit għall-ħatt tal-ħut ser jiġi attrezzat kif xieraq. Kien hemm ukoll problema li beda joħroġ id-drenaġġ mill-biċċerija u kellha wkoll tissolva dik il-problema. Dan sar billi sar iktar investiment fl-infrastruttura biex tilqa’ għal dak l-iskart. 

Galdes qal ukoll li qed issir ħidma biex toħroġ espressjoni ta’ interess fir-rigward is-sular ta’ fuq sabiex jiġi identifikat operatur li jiżviluppa u jħaddem l-impjant ta’ pproċessar tal-ħut. Sostna li dan l-iżvilupp għandu jgħin lis-settur tas-sajd u tal-akwakultura billi jiddiversifika l-prodott u jagħmel dawn is-setturi kompetittivi. 

Is-Segretarjat, qal Galdes, għandu diversi pjani biex permezz tal-fondi allokati mill-Unjoni Ewropea tiġi żviluppata l-infrastruttura użata mis-sajjieda fil-portijiet, fosthom dak li jiġi msaħħaħ l-ilquħ fil-portijiet tax-Xemxija.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u Fondi Ewropej Ian Borg qal li wara xhur ta’ negozjati min-nies tekniċi f’isem il-Gvern Malti f’Brussell, Malta rnexxielha takkwista waħda mill-ikbar żidiet fil-Fond Marittimu u Sajd 2014-2020.  Fil-fatt l-allokazzjoni għal Malta sejra tkun ta’ madwar €22 miljun, b’żieda ta’ €8 miljuni fuq il-pakkett li kien innegozjat u mħabbar fi Frar 2013.

Is-Segretarju Parlamentari tenna li din l-aħbar pożittiva għas-settur tas-sajd Malti tfisser li fis-snin li ġejjin il-Gvern ħa jkun f’pożizzjoni aħjar sabiex ikompli jassigura li s-settur tas-sajd u l-akwakultura jkomplu jkunu sostenibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow