Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI HELENA DALLI F’LAQGĦA MA’ DELEGAZZJONI PARLAMENTARI MILL-IŻRAEL

pr141386
Date Icon 19/06/2014

Appell biex Malta ssemma’ leħinha fil-fora differenti kontra l-ħtif ta’ tfal innoċenti fl-Iżrael

F’laqgħa li l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli kellha ma’ Delegazzjoni Parlamentari mill-Iżrael kienu diskussa fost oħrajn materji relatati ma’ drittijiet ċivili, ugwaljanza, drittijiet tat-tfal u kundizzjonijiet xierqa fid-dinja tax-xogħol.

Tqajjem is-suggett tal-ġenituri li jaħdmu u l-Ministru Helena Dalli semmiet kif  il-Gvern Malti introduċa servizz ta’ child care mingħajr ħlas   għal kulħadd, dan anke bil-għan li jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta’ aktar nisa fid-dinja tax-xogħol.

Fuq l-inugwaljanza u l-vjolenza domestika Dr Dalli qalet li apparti l-aspett uman u socjali,  dawn ukoll għandhom effett ħażin fuq l-ekonomija tal-pajjiż. U huwa għalhekk ukoll li kull gvern għandu jindirizza dawn l-oqsma.

Il-Ministru Dalli semmiet il-kanidatura ta’ Israel għall-kumitat fuq l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa (CEDAW) u qalet li Malta se tkun qed tagħti l-appoġġ tagħha lil Israel fl-elezzjoni ta’ dan il-kumitat li se ssir fis-26 ta’ Ġunju. 

Tqajjem ukoll is-suġġett tal-kandidtaura ta’ Malta u l-Israel għall-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda.  Malta se tkun qed tikkontesta fl-2022 u Israel fl-2018.  Il-Ministru Dalli awgurat li ż-żewġ pajjiżi jkunu eletti u jkollhom l-opportunità jikkontribwixxu għall-oġġettivi tal-Kunsill tas-Sigurtà specjalment fejn jidhol il-Mediterran.

Min-naħa tagħha, id-Delegazzjoni Parlamentari Iżraeljana esprimiet ix-xewqa li timxi fuq il-passi tal-Gvern Malti u tadotta f’pajjiżha sistema simili ta’ childcare sabiex tinċentiva aktar nisa jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol.

Id-Delegazzjoni Iżraeljana fissret il-preokkupazzjoni tagħha għall-ħtif ta’ tfal innoċenti li għadha għaddejja fl-Israel. Intqal kif it-tfal m’għandhom qatt isofru minħabba kunflitti li jkunu għaddejjin fil-pajjiż. 

Il-Ministru Helena Dalli insistiet li kulħadd għandu jkollu dritt li jgħix ħajja diċenti u fil-paċi mingħajr  ebda diskriminazzjoni għax ħadd ma jagħżel kif u fejn jitwieled.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow