STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Samuel Cutajar għandu jkun ta’ eżempju għall-poplu Malti u Għawdxi
Waqt l-għoti tal-midalja tad-deheb bħala premju Papa Ġwanni XXII għat-Tjubija, il-President Marie-Louise Coleiro Preca saħqet li l-emozzjoni li qanqal fina Samuel Cutajar, tifel ta’ għaxar snin li wera ħbiberija sinċiera mal-ħabib tiegħu Jordan, m’għandiex tkun waħda temporanja iżda dejjiema.
Iddeskriviet lil Samuel bħala eżempju mhux biss għal sħabu tal-Iskola Primarja fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, iżda wkoll għall-poplu kollu.
Il-President Coleiro Preca qalet li f’għemilu, Samuel, qiegħed jirrifletti l-valuri kbar u l-imħabba li għaddewlu l-ġenituri tiegħu.
L-istess kif għaddew b’tant imħabba l-ġenituri ta’ Jordan lil binhom.
Dwar il-Laboratorju tal-Paċi, li huwa l-moħħ wara dan il-premju, il-President Coleiro Preca qalet li qed jagħmel id-differenza għaliex qed ikun minn ta’ quddiem biex mhux biss jeduka l-moħħ iżda l-qalb taċ-ċittadini.
Qalet li l-Laboratorju qed jiżra’ il-valuri u l-ħiliet li jwasslu għal soċjetà iktar inklussiva li taf tagħder, tħenn, tħobb u tistma lil kulħadd b’rispett u dinjità.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041