TISLIMA GĦALL-MEMORJA TA’ TEDDIE BORG
Il-kamp sportiv lokali llum tilef personaġġ magħruf sew li, bil-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu tul diversi snin, serva ta’ mudell u awtoritá għad-dilettanti kollha Maltin.
Teddy Borg kien attiv f’diversi dixxiplini, fosthom il-futbol u t-tlielaq tal-muturi, u jibqa’ magħruf l-aktar għall-kontribut kbir tiegħu fil-qasam tal-ibburdjar. Taħt id-direzzjoni tiegħu, Malta rat dan l-isport jikber fil-popolaritá fejn anke organizza diversi tlielaq prestiġjużi ta’ livell internazzjonali.
Teddie Borg kien inħatar membru tal-bord tal-Kunsill Malti ghall-Isport f’Marzu 2013 fejn ta kontribut qawwi fl-organiżazzjoni ta’ dawn l-aħħar edizzjonijiet tar-Regatta.
Matul il-karriera sportiva tiegħu Teddie Borg kien xprun biex mexxa ‘l quddiem it-talent Malti u rrapreżenta lil pajjiżna f’diversi okkażżjonijiet. Fil-fatt huwa kien il-persuna li bl-appoġġ tal-Power Boat PI waqqaf il-Federazzjoni Maltija tal-Powerboats.
Teddie Borg kien ġurnalist attiv, mhux biss kien pijunier ta’ programmi sportivi iżda wkoll kontributur fuq diversi gazzetti lokali.
Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport, flimkien mal-bord tad-diretturi u l-impjegati tal-Kunsill Malti għall-Isport, iwasslu l-kondoljanzi tagħhom għat-telfa ta’ Teddie Borg.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041