L-GĦAQDA MUŻIKALI SAN ĠORĠ MARTRI, QORMI TINVESTI F’UŻU AKTAR EFFIĊJENTI TAL-ENERĠIJA
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg attenda għall-inawgurazzjoni ta’ proġett iffinanzjat minn fondi ewropej u li wassal sabiex l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri tinvesti f’panelli fotovoltajiċi fuq il-bini tas-soċjetà. Dan il-proġett ġie parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali b’investiment ta’ €21,020.
Dr Borg fl-indirizz tiegħu waqt din l-attività tkellem fuq l-aċċess għall-Fondi Ewropej minn Għaqdiet mhux Governattivi bħal Każini tal-Baned fil-programm finanzjarju 2014-2020. Huwa qal li biex tiżdied il-possibiltà għal aċċess ta’ finanzjament ewropew minn dawn l-għaqdiet, l-interventi għandhom iħallu tkabbir ekonomiku, ħolqien ta’ impjiegi u ambjent dejjem aktar nadif.
L-għaqdiet mhux governattivi fis-snin li ġejjin għalhekk għandhom jippruvaw ikunu aktar innovattivi fl-applikazzjoni tagħhom fejn mhux bilfors jippruvaw japplikaw għall-proġetti li jħallu impatt dirett fuq l-għaqda, imma għandhom jiffukaw fuq interventi li jgħinu sabiex l-għaqda taħdem b’mod aktar effiċjenti. Dan bħal ma għamlet l-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri, Qormi fejn investiet sabiex telimina l-ispejjeż tagħha għar-rigward il-konsum elettriku filwaqt li tippromwovi użu aktar effiċjenti tal-enerġija
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041