Left arrow Go Back

STQARRIJA MAHRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr141357
Date Icon 14/06/2014

B’referenza għall-protest ġudizzjaru  li ġie ppreżentat mill-Uffiċju tal-Ombudsman,  filwaqt li l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali itenni r-rispett tiegħu lejn l-istituzzjoni tal-Ombudsman, il-Ministeru jixtieq jagħmilha ċara li qatt ma ċaħħad lill-membri tal-Forzi Armata ta’ Malta milli jressqu l-ilmenti tagħhom biex dawn jinstemgħu u jiġu anke indirizzati, però iridu josservaw it-toroq stabbiliti fil-liġi.

Għall-kuntrarju dan il-Ministeru ħoloq aktar għodod biex tali ilmenti jiġu indirizzati, bil-ħolqien ta’ Bord tal-Inġustizzji fl-Armata li sab li l-maġġoranza tal-ilmenti li tressqu minn diversi membri tal-Armata kienu ġustifikati u fil-jiem li ġejjin ser jibdew jiġu indirizzati.

Il-Ministeru jikkjarifika li l-Uffiċju tal-Ombudsman jista’ jinvestiga kull ilment minn kull membru tal-armata li hu inqas mir-rank ta’ Uffiċjal ikkummissjonat, u l-Ministeru jibqa’, kif dejjem għamel s'issa, jikkopera bis-sħiħ f'tali investigazzjonijiet.

Uffiċjali kkummisjonati għandhom però mezzi oħra biex jindirizzaw l-ilmenti tagħhom, skont l-Att tal-Forzi Armati ta' Malta, liema liġi ilha tiġi rispettata għal diversi snin, anke f'każijiet simili preċedenti, u liema liġi qatt ma ġiet mibdula.

Fil-jiem li ġejjin il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ser jippreżenta kontroprotest.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow