IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, L-AVUKAT MICHAEL FALZON, INIEDI L-INIZJATTIVA ‘BREAK TIME’ - WAQFIEN MIT-TWAQQIEGĦ U ESKAVAZZJONI F’ZONI TURISTIĊI FL-ISTAĠUN TAS-SAJF
Is-Segretarju Parlamentari, l-Avukat Michael Falzon illum ħabbar illi mill-15 ta’ Gunju 2014 se jingħata bidu għall-inizzjattiva ‘Break Time’. Din l-inizjattiva ssir kull sena, u se tikkonsisti f’waqfien mix-xogħol ta’ twaqqiegħ jew eskavazzjoni f’diversi zoni f’Malta, li huma kklasifikati bħala zoni turistiċi.
L-Avukat Michael Falzon qal illi l-għan ta’ din l-inizjattiva huwa sabiex jitnnaqqas l-impatt negattiv li joħolqu s-siti tal-kostruzzjoni, kemm fuq l-industrija tat-turiżmu, kif ukoll għal dawk il-ħafna Maltin u Għawdxin li waqt ix-xhur tas-Sajf imorru l-post tal-villeġġjatura tagħhom biex igawdu l-vakanzi. Huwa kompla billi qal li l-industrija tat-turiżmu hija waħda mill-pilastri tal-ekonomija Maltija, u x-xhur tas-Sajf jaraw żieda drastika fl-ammont ta’ turisti li jaslu f’pajjiżna għal btala. Il-prodott li noffru lit-turist meta jżur pajjiżna jrid ikun pakkett sħiħ, marbut mhux biss mal-lukanda fejn qiegħed joqgħod, jew is-servizz offrut fir-ristoranti, iżda wkoll irid jinkludi fih esperjenza sħiħa pożittiva li t-turist għandu jgħaddi minnha tul iż-żjara kollha.
Is-Segretarju Parlamentari ikkonkluda billi qal, li waqt li napprezzaw li l-industrija tal-kostruzzjoni għandha rwol importanti fl-ekonomija ta’ pajjiżna, nifhmu wkoll li s-siti fejn tkun qiegħda ssir il-kostruzzjoni, min-natura taghħom, joħloqu numru ta’ inkonvenjenzi fuq ir-residenti, stabbilimenti u nies oħrajn li jiffrekwentaw dawn iz-zoni turistiċi. L-impatt ta’ numru minn dawn l-inkonvenjenzi, jista’ jitnaqqas konsiderevolment permezz ta’ miżuri mmaniġġjati tajjeb, b’hekk ikun jista’ jinħoloq bilanċ aħjar.
Huwa għal dan il-għan illi, għal darba oħra, qed titnieda din l-inizjattiva.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041