IL-KUMMISSARJU GĦOLI TAL-PAKISTAN JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER
Dalgħodu, l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Dr Anġlu Farrugia, kellu żjara ta’ kortesija mill-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan għal Malta, E.T. Lt Gen (retired) Javed Zia.
F’isem il-Kamra tad-Deputati, l-iSpeaker esprima l-kondoljanzi tiegħu lill-Kummissarju Għoli tal-Pakistan għall-attakk terroristiku mit-Talibani li seħħ nhar il-Ħadd li għadda fl-arjuport internazzjonali ta’ Karachi li ħalla numru ta’ Pakistani mejta.
Iż-żewġ naħat iddiskutew kooperazzjoni futura f’livell Parlamentari, li tinkludi bdil ta’ viżti. Huma wkoll irreferew għal suġġetti oħra ta’ interess komuni, fosthom l-għajnuna tal-Pakistan fit-twaqqif tal-Air Malta, it-tobba Pakistani li ġew Malta fin-nofs tas-sebgħinijiet, l-għajnuna Maltija fl-evakwazzjoni ta’ ċittadini tal-Pakistan matul il-kriżi Libjana tal-2011, it-tkabbir tar-relazzjonijiet kummerċjali permezz ta’ kooperazzjoni ikbar bejn il-Kmamar rispettivi tal-Kummerċ, kif ukoll il-possibbiltà li studenti Pakistani jiġu jistudjaw fl-Università ta’ Malta.
Matul il-laqgħa, issemmew ukoll il-parteċipazzjoni ta’ Malta u l-Pakistan fil-Konferenza tal-Parlamentari tal-Commonwealth li se ssir fil-Cameroon f’Ottubru li ġej, u s-sehem tal-Pakistan fil-laqgħa taċ-CHOGM li se ssir f’Malta fl-2015 .
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041