L-ENERĠIJA MILL-ISKART: HTIEĠA TA' KEJL SERJU EKONOMIKU U AMBJENTALI QABEL JITTIEĦED KULL PASS – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
Meta dalgħodu kien qed jiftaħ Roundtable Conference dwar l-Enerġija mill-Iskart, li ġiet organizzata fl-Exchange Buildings il-Belt Valletta, mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija b'kollaborazzjoni mal-Ambaxxata Ġermaniża f'Malta, l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat qal li l-Gvern jemmen li għandu jkun hemm kejl serju ekonomiku u ambjentali meta l-Gvern ifassal it-triq li għandu jieħu dwar l-enerġija mill-iskart għall-ġejjieni.
Dan għandu jkun ibbażat fuq studji verament indipendenti min-nies li ma jistgħax ikollhom l-aġenda tagħhom jew interessi kummerċjali fin-nofs.
Huwa qal li kien f'dan il-kuntest li l-Gvern ser juża fondi tal-Unjoni Ewropea biex isiru studji fil-fond wara li għal dawn l-aħħar snin ma jidhirx li kien hemm ebda studji simili minkejja l-impenn iddikjarat pubblikament li mmorru għall-inċinerazzjoni.
Il-Ministru Brincat tenna li fl-istess nifs il-Gvern qed jistudja wkoll l-vijabbilita' li l-iskart ta' pajjiżna jiġi esportat lejn pajjiżi terzi, billi huwa magħruf li ħafna pajjiżi Ewropej bħalissa għandhom inċineraturi li qegħdin saħansitra jbaxxu r-rati kummerċjali tagħhom, tant li jinsabu neqsin minn biżżejjed skart x'jaħarqu biex iżommu l-inċineraturi tagħhom għaddejjin b'mod vijabbli ekonomikament.
Il-Ministru Brincat semma bħala eżempju kif pajjiżi bħal l-Ingilterra qegħdin jesportaw dejjem aktar minn qatt qabel l-RDF - Refuse Derived Fuel lill-Ewropa, filwaqt li pajjiżi bħal Ġermanja, l-Olanda, Franza u għadd ta' pajjiżi Nordiċi qegħdin jimpurtaw l-iskart minn għadd ta' pajjiżi oħra, fosthom min-Nofs in-Nhar tal-Ewropa.
Il-Ministru Brincat żvela li ħafna mill-RDF ta’ pajjiżna huwa kontaminat b'ħafna impuritajiet, xi ħaġa li twassal għal theddida akbar għas-saħħa ambjentali anki li kieku kellu jiġi inċinerat f'pajjiżna.
Il-Ministru Brincat saħaq li jkun żball li napplikaw mudelli ta’ pajjiżi oħrajn fil-għama mingħajr ma nqisu sew il-passi li nkunu sejrin nagħmlu fi Gżiritna.
Huwa żvela li l-biċċa l-kbira tal-interess muri mill-barranin fil-qasam tal-iskart f'pajjiżna kien propju fis-settur tal-enerġija mill-iskart, iżda mhux kull min resaq il-quddiem għadda 'due diligence'tests preliminari, speċjalment f'każi fejn flok avviċinaw lill-pajjiżna ditti stabbiliti biss, kien hemm ditti anqas magħrufa li ppruvaw jinqdew b'intermedjarji bi ftit li xejn esperjenza fil-qasam tal-iskart.
Il-Ministru Brincat faħħar lill-Kamra tal-Kummerċ li kienet fost l-aktar korpi kostitwiti li għamlet suġġerimenti prattiċi u konkreti lill-Gvern dwar il-Pjan tal-Immaniġġjar tal-Iskart u anki talli uriet l-apprezzament tagħha li ħafna mis-suġġerimenti tagħha kienu ġew saħansitra addottati mill-Gvern Malti fl-istrateġija finali.
Il-Ministru Brincat tenna li kienet idea tagħhom ukoll li jkun hemm Stakeholders’ Group li qed jiltaqa regolarment u jagħti l-frott mixtieq fuq livell konsultattiv fl-implimentazzjoni tal-Pjan.
Il-Ministru qal li jekk u meta l-Gvern jiddeċiedi t-triq għal ġejjieni fl-użu tal-enerġija tal-iskart, la jitlestew l-istudji meħtieġa sas-sena d-dieħla, ser ikun qed jiżgura li mhux biss ikun hemm trasparenza sħiħa fil-proċess tal-għażla iżda ser ikun qed jinsisti li jersqu l-quddiem dawk li jkunu verament lesti jieħdu r-riskji billi jinvestu flushom direttament flok jinqdew biss b'intermedjarji u 'middle men' li jistgħu jkunu interessati biss fil- 'commissions'. It-track record tal-kumpaniji involuti ser ikun fattur detterminanti wkoll f'kull għażla li tista' ssir.
Il-Ministru Brincat tenna li filwaqt li pajjiżna jagħmel żball jekk jagħlaq għajnejh għat-teknoloġiji l-ġodda li hawn fis-suq, fl-istess waqt huwa fid-dmir li jara li pajjiżna ma jintużax bħala 'guinea pig' għal xi esperimenti li jistgħu jitfgħu lura kemm is-saħħa ambjentali tagħna u l-flus f'butna bħala tax-payer.
Il-Ministru saħaq li l-Gvern jibqa’ kommess li fejn huwa possibbli ser jara li l-WasteServ tnaqqas mill-attivitajiet li mhumiex fil-qalba tal-operat tagħha filwaqt li ser iżomm għajnejh miftuħa għal kull opportunitajiet serji li jistgħu jinqalaw ta' investiment kemm lokali u anki barrani.
pr141344a.pdf
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041