3.9 MILJUN ĊITTADIN EWROPEW MISTENNI JIBBENIFIKA MILL-PROGRAMM TA’ SAĦĦA AĦJAR U ĦAJJA AKTAR ATTIVA SAL-2016
L-EPODE International Network, l-akbar kumpanija ta’ network għall-prevenzjoni tal-obeżità fid-dinja, ħabbret li se tniedi progett innovattiv biex jiżdied aktar it-tagħrif fuq l-obeżità fit-tfulija fl-Ewropa
Il-proġett OPEN se jkun qed ħidma ta’ ħdax-il inizjattiva fuq bażi komunitarja li se jibbenefikaw minn appoġġ addattat biex jestendu x-xogħol tagħhom biex titnaqqas l-obeżità fit-tfulija sal-2016. Din qed taspira li tilħaq kważi erba’ miljun ruħ madwar l-Ewropa, li tinkludi 975,000 bejn tfal u adoloxxenti, b’għajnuna individwali u komunitarja, biex dawn jħaddnu ħajja aktar attiva u b’hekk aktar b’saħħitha. Bħalissa fl-Ewropa nsibu li wieħed minn kull tifel/tifla tal-età ta’ 11-il sena jbati minn piż żejjed jew obeżità.
Matul it-tlett snin li ġejjin, il-proġett OPEN se jkun qed jaħdem diversi programmi u inizjattivi bbażati fil-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, l-Iżvezja, Franza, il-Greċja, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja.
Ħafna minn dawn il-programmi se jkunu qed jimxu fuq il-mudell tal-EPODE li din hija immirata biex tevita l-obeżità fit-tfulija, billi twassal programmi fuq bażi lokali li joħolqu aktar kuxjenza għal stil ta’ ħajja aħjar għat-tfal, fuq bażi ta’ dieta tajba, attività fiżika u rikreazzjoni.
Jean-Michel Borys li huwa id-Direttur u s-Segretarju Ġenerali tal-EPODE International Network (ENI) qal : “Aħna tal-ENI nemmnu li l-aqwa mod biex tiġi trattata l-obeżità fit-tfal hija permezz tal-approċċ komunitarju, jitlaqqgħu l-partijiet kollha interessati, is-settur privat, rappreżentati politiċi u kif ukoll entitajiet oħra. Dan juri li għal dawn l-aħħar 20 sena aħna ħdimna bl-isforzi kollha tagħna biex nġibu dawn is-setturi kollha flimkien biex jintlaħaq l-għan ta’ dan il-programm, li se jagħmel id-differenza fil-familji kollha li se jieħdu sehem. Aħna ninsabu kuntenti li se nkunu qed nagħtu s-sapport tagħna lill-proġett OPEN, li se jkun qed jgħin mijiet ta’ eluf ta’ tfal biex jgħixu ħajja aktar b’saħħitha u attiva sal-2016.”
L-EPODE InternationalNetwork tippromwovi u timplementa l-mudell EPODE li ġie mniedi fl-2004. Dan il-mudell jitratta l-kawżi tal-obeżità f’erba’ modi: sħubija bejn is-setturi pubbliċi u privati, impenn u appoġġ politiku, social marketing techniques u evalwazzjonijiet. L-għan tal-mudell EPODE huwa li tipprevjeni l-obeżità fit-tfulija billi jitwasslu programmi ta’ livell lokali biex jinħolqu n-normi tal-kuljum biex it-tfal igawdu stil ta’ ħajja aħjar. Filwaqt li jkunu qed jintużaw l-prinċipji fundamentali tal-EPODE, kull programm jimxi fuq il-ħtiġijiet ta’ kull komunità.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041