IMNEDIJA L-ISTRATEĠIJA TAR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
L-ekonomija titjieb skont kemm il-pajjiż jinvesti fir-riċerka u Innovazzjoni tajba. Dan qalu llum l-Ministru tax-xogħol u l-edukazzjoni Evarist Bartolo waqt it-tnedija tal-istrateġija tar-Riċerka u l-Innovazzjoni li saret llum fil-bini tal-MCST f’Bighi l-Kalkara.
L-Ministru Bartolo saħaq fuq l-importana tar-Riċerka u li jrid isir ħafna xogħol sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-ekonomiji moderni f’dan il-qasam.
Indirizza l-konferenza wkoll s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius li qal li llum qed jiġi ċelebrat l-isforz kollettiv li sar mill-entitajiet kollha kkonċernati biex l-istrateġija, li ġiet imfassla bil-kollaborazzjoni ta’ kulħadd, issa titnieda għall-pubbliku. Is-segretarju Parlamentari Agius kompla jgħid li din l-istrateġija għandha tpoġġi ir–Riċerka u l-Innovazzjoni fil-qalba tal-ekonomija Maltija biex ikompli jissaħħaħ t-tkabbir ekonomiku u b’hekk tittejjeb l-kwalita tal-ħajja u jiżdiedu l-impjiegi.
Iċ-ċermen tal-MCST, Jeffrey Pullicino Orlando qal li għalkemm illum qed inniedu l-istrateġija, fil-verita għandna 7 snin biex nwettquha. Huwa kompla jgħid li issa jrid jsir pjan ta’ azzjoni sabiex il-ħidma ssir mal-partijiet kollha nteressati u b’hekk tiġi assikurata sinerġija u jiġu evitati riperkussjonijiet. Anke Dr Pullicino Orlando tkellem fuq il-bżonn ta’ finanzi u saħaq fuq l-importanza ta’ kif dawn jintużaw u li għandhom jintużaw b’mod għaqli.
Għalqet il-konferenza tal-aħbarijiet Nadine Castillo li hi d-direttur tal-Policy Unit li spjegat fid-dettall l-istrateġija. Hi wkoll saħqet fuq l-fondi li għandhom jintużaw kemm dawk nazzjonali u anke dawk li jinġiebu mill-Unjoni Ewropeja. Hija kompliet tgħid li l-istrateġija qed tiġi mnedija llum pero jrid isir pjan ta’ azzjoni li diġa nbeda biex din l-istrateġija tiġi implimentata.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041