UŻU AĦJAR TA’ NIES B’ĦILA LI BĦALISSA MHUMIEX FIL-QASAM TAX-XOGĦOL
“Iridu nattiraw lura lejn l-impjieg in-nies li għandhom il-ħiliet meħtieġa pero’ għal xi raġuni jew oħra m’humiex attivi fis-settur tax-xogħol. Għalhekk fil-jiem li għaddew tajt direzzjoni lill-entitajiet li jaqgħu taħti ħalli naraw kif nistgħu nisfruttaw il-potenzjal ta’ nies bħall-anzjani li mhumiex fid-dinja tax-xogħol imma għandhom ħafna ħiliet x’joffru b’mod partikolari fil-qasam tat-teknologija. L-għan ta’ dan il-proċess huwa li naslu fi stadju fejn pajjiżna jibda juża l-esperjenza u l-ħiliet ta’ dawn in-nies biex inkabbru r-riżorsa tagħna. B’hekk ukoll naslu fi stadju fejn nies li baqgħalhom ħafna x’joffru lis-soċjetà taghna jħossuhom integrati.”
Sostna dan is- Segretarju Parlamentari responsabbli mit-tkabbir ekonomiku u kompettività José Herrera meta kien qed jindirizza laqgħa ta’ informazzjoni u konsultazzjoni organizzata mill-eSkills Malta Foundation u l-MEUSAC. L-eSkills Malta Foundation hija koalizzjoni ta’ diversi raprezentanti li ġejjin mill-Gvern, l-Industrija u l-Edukazzjoni. L-għan ta’ din il-koalizzajoni huwa li tagħti pariri lill-Gvern u lill-istake holders fuq politika dwar l-eSkills.
Is-Segretarju Parlamentari Jos Herrera għamel referenza għad-Digital Scoreboard ppublikat mill-Unjoni Ewropea dwar id-Digital Agenda. Is-Segretarju Parlamentari qal li “filwaqt li Malta qed tmur tajjeb f’ċertu aspetti bħall-aċċess għat-teknologija tal-ġenerazzjoni li jmiss, fil-ħiliet bażiċi Malta tinsab ferm taħt il-medja tal-pajjiżi fl-Ewropa. Dan huwa partikolarlament inkwetanti meta sal-2020 huwa stmat li 90% tal-impjiegi ġodda ser ikunu qed jirrikjedu ħiliet digitali”, qal is-Segretarju Parlamentari.
Is-Segretarju Parlamentari José Herrera qal li l-impjiegi fis-settur tal-ICT qed jiżdiedu madanakollu minħabba n-nuqqas ta’ rizorsi li jeżistu għadd ta’ intrapriżi qed ikollhom jillimitaw l-investiment u t-tkabbir tagħhom. Fl-istess waqt din ir-realtà qed tfisser aktar spejjeż għal kumpanija f’pajjiżna li trid iżomm il-pass tagħha ma’ kumpaniji oħra f’pajjiżi oħra kompetituri tagħna.
Għalhekk biex nindirizzaw dan in-nuqqas is-Segretarju Parlamentari qal li hemm bżonn inżidu ir-riżorsa ta’ nies imħarrga, nattiraw lura lejn l-impjieg nies b’ħila u li bħalissa mhumiex attivi fis-settur tax-xogħol kif ukoll nippromovu l-aħjar użu tar-riżorsi umani.
Inizjattivi bħal tal-iStudenti Placement Programme tal-MITA l-inizjattiva tal-MCA dwar il-proġett Enter huma biss żewg eżempji ta’ kif il-Gvern qed jindirizza l-problema minn kull att, tenna s-Segretarju Parlamentari.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041