Left arrow Go Back

ESTENZJONI TAL-ĦINIJIET TAL-FTUĦ GĦAR-RISTORANTI U L-BARS WAQT IL-PARTITI TAT-TAZZA TAD-DINJA LI JSIRU F’ĦINIJIET TARD

pr141329
Date Icon 11/06/2014

Il-Gvern permezz ta’ avviż li se jippublika fil-gazzetta tal-Gvern fil-jiem li ġejjin, wara konsultazzjoni li saret bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu,  id-dipartiment tal-kummerċ u l-korp tal-Pulizija, se jgħati l-opportunita’ lir-restoranti u l-bars biex f’ċertu ġranet li fihom se jintlagħbu partiti tat-Tazza tad-dinja f’ħinijiet tard bil-lejl jew kmieni filgħodu, jingħataw estenzjoni fil-ħinijiet tal-ftuħ, hekk kif indikati f’din it-tabella;

Data:

Ħin tal-bidu Partita

Ħin ta’ tmiem il-Partita

Ħin sa x’ħin qed tkun permessa l-estenzjoni

Il-Ħadd 15 ta’ Ġunju

03.00

05.00

05.30

Is-Sibt 14 ta’ Ġunju

00.00

02.00

02.30

It-Tnejn 16 ta’ Ġunju

00.00

02.00

02.30

It-Tlieta 17 ta’ Ġunju

00.00

02.00

02.30

L-Erbgħa 18 ta’ Ġunju

00.00

02.00

02.30

Il-Ħamis 19 ta’ Ġunju

00.00

02.00

02.30

Il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju

00.00

02.00

02.30

Is-Sibt 21 ta’ Ġunju

00.00

02.00

02.30

Il-Ħadd 22 ta’ Ġunju

00.00

02.00

02.30

It-Tnejn 23 ta’ Ġunju

00.00

02.00

02.30

It-Tlieta 24 ta’ Ġunju

22.00

00.00

00.30

L-Erbgħa 25 ta’ Ġunju

22.00

00.00

00.30

Il-Ħamis 26 ta’ Ġunju

22.00

00.00

00.30

Is-Sibt 28 ta’ Ġunju*

22.00

00.00

01.30

Il-Ħadd 29 ta’ Ġunju*

22.00

00.00

01.30

It-Tnejn 30 ta’ Ġunju*

22.00

00.00

01.30

It-Tlieta 1 ta’ Lulju*

22.00

00.00

01.30

Il-Ġimgħa 4 ta’ Lulju*

22.00

00.00

01.30

Is-Sibt 5 ta’ Lulju*

22.00

00.00

01.30

It-Tlieta 8 ta’ Lulju*

22.00

00.00

01.30

L-Erbgħa 9 ta’ Lulju*

22.00

00.00

01.30

Is-Sibt 12 ta’ Lulju*

22.00

00.00

01.30

*Mit-28 ta’ Ġunju il-partiti jafu jdumu aktar minħabba li f’każ ta’ parita’ jkun hemm il-ħin miżjud u possibilment anke l-għoti tal-penalties

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi żgħar, Dr. Chris Cardona qal li din id-deċizjoni ttieħdet fl-interess tas-sidien tar-restoranti u bars kif ukolltal-klijenti tagħhom, partikolarment dawk dilettanti tal-futbol.

Il-Ministru Cardona sostna li “Din id-deċizjoni tirrifletti wkoll il-ħsieb tal-Gvern li b’kosultazzjoni sħiħa mal-istakeholders prinċipali fi żmien li ġej jirrevedi l-liġijiet li jirregolaw il-ħinijiet tal-ftuħ tal-ħwienet fl-interess tal-eziġenzi tal-konsumatur waqt li jagħti l-possibilita’ lis-sidien jimmassimizzaw l-potenzjal tal-attivita’ kummerċjali tagħhom”. Dan filwaqt li fakkar fl-aħħar sena, il-Ministeru diġa ħa deċizjonijiet simili dwar il-ftuħ tal-ħwienet, fejn matul din is-sena ngħataw l-opportunita jiftħu fil-jiem  ta’ festi pubbliċi.

Il-Ministru għat-Turizmu Edward Zammit Lewis qal li l-Gvern huwa konxju mill-entużjazmu li jġibu magħhom avvenimenti bħal-logħob tal-finali tat-tazza tad-dinja. Ħafna huma dawk li jippreferu jsegwu l-logħob f’ristoranti u stabbilimenti oħra tad-divertiment għall-esperjenza u għall-atmosfera li jinħolqu f’dawn l-okkazjonijiet. Ċertament din hija okkazjoni oħra fejn jiġi kkrejat kummerċ għal dawn l-istabbilimenti, anki għat-turisti li jkunu għall-btala tagħhom f’pajjiżna f’dan iz-zmien.

Il-Ministru Zammit Lewis spjega kif din l-inizzjattiva kienet b’konsultazzjoni mal-MHRA fejn sar qbil biex titwettaq.

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Dr. Manuel Mallia rringrazzja lill-Korp tal-Pulizija tal-ħidma intensiva li wettaq biex filwaqt li jkunu prattiċi biex il-kummerċ      f’dawn iż-żminijiet ikollu l-kundizzjonijiet kollha sabiex jitkattar, mill-banda l-oħra tiġi mħarsa s-sigurtà ta’ kulħadd, kemm ta’ dawk li jkunu qed jaraw il-logħob , kif ukoll ta’ dawk li jkunu qed jaħdmu fl-istabbilimenti. Apparti minn hekk ser jiġi żgurat li d-drittijiet tar-residenti ukoll ser ikunu mħarsa.

Għal dan il-għan tul dawn l-aħħar jiem saru laqgħat bejn il-pulizija u organizzaturi ta’ World Cup Villages f’pajjiżna fejn mistennija jkun hemm attivitajiet tal-massa. Dan bl-għan li jkun hemm koordinazzjoni sħiħa bejn il-Pulizija u dawn l-organizzaturi. Il-Ministru Mallia ħabbar ukoll li r-rondi tar-Rapid Intervention Unit ser jiżdiedu fejn ikun hemm attivitajiet tal-massa relatati mal-logħob tat-Tazza tad-Dinja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow