IMNEDIJA KAMPANJA BIEX JIĠI DDISINJAT IL-LOGO GĦALL-MARKA TA’ KWALITÀ
Il-Marka ta’ Kwalità huwa proċess li l-Gvern bi ħsiebu jistabbilixxi sabiex jingħata iktar valur ‘il-prodott Malti. Se tkun ukoll qed tħeġġeġ lill-konsumatur biex jevalwa iktar il-prodott li jkun qed jixtri.
Wieħed mill-proċessi għall-Marka ta’ Kwalità huwa li din tiġi identifikata b’logo biex b’hekk tkun qed timxi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-kwalità taħt ir-reġim ta’ kwalità tal-prodotti agrikoli.
Is-Segretarju parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes qal li huwa għalhekk li nibtet l-idea li ssir kompetizzjoni biex il-pubbliku jkollu sehmu biex tibda tinbena l-marka ta’ kwalità. Spjega li l-logo ser tkun qed tintuża fuq kull prodott li jikkwalifika għall-marka ta’ kwalità. Dan ser ikun qed iservi wkoll biex il-Marka ta’ Kwalità tiggarantixxi mhux biss il-kwalità iżda wkoll l-oriġini tal-prodott.
Għaldqstant dawk interessati qed ikunu mħeġġa biex jagħmlu u jissottomettu disinn ta’ logo oriġinali u għal dan ser ikun hemm prejmu fi flus ta’ 500 Ewro.
Il-logo irid ikun ispirat bl-intenzjoni li jkun logo u kull disinn jew stampa użata trid tkun oriġinali.
Il-logo jista’ jinkudi ittri, iżda mhux kliem jew frażijiet.
Kull logo irid jiġi sottomess fil-format ta’ .jpg u jrid jintbagħat permezz tal-website www.agriculture.gov.mt
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041