Left arrow Go Back

IL-MINISTRU GEORGE VELLA JILTAQA’ MAL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-PALESTINA

pr141322
Date Icon 11/06/2014

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr.George W.Vella ltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Palestina Dr.Riad Maliki, liema laqgħa saret f’Ateni hekk kif għaddejja laqgħa Ministerjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega Għarbija.  Waqt il-laqgħa Dr Maliki informa lill-Ministru Vella dwar in-negozjati li għaddejjin bejn il-Palestina u l-Iżrael u anki ta rendikont tas-sitwazzjoni fl-Ilvant Nofsani. 

Iż-żewg Ministri ddiskutew possibilitajiet ta’ kif tista’ tinstab it-triq ‘il quddiem fl-Ilvant Nofsani, l-iktar wara ir-rikonċiljazzjoni bejn il-Fatah u l-Hamas.  Iż-żewġ Ministri qablu li l-Unjoni Ewropea tista’ u għandha tkun strumentali għall-proċess ta’ paċi fil-Ilvant Nofsani.  Il-Ministru Vella esprima r-rieda li bl-għajnuna ta’ oħrajn jippromwovi dan il-proċess ta’ paċi fil-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea.

Iż-żewġ naħat qablu li l-Ministru Vella għandu jżur il-Palestina iktar tard din is-sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow