Il-MINISTERU TAL-AMBJENT JAGĦTI IMPORTANZA LIR-RWOL TAN-NISA FIT-TEĦID TAD-DEĊIŻJONIJIET
F'laqgħa li kellu ma’ uffiċjali tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa fil-Ministeru tal-Ambjent, il-Ministru Leo Brincat qal li l-Ministeru tiegħu jagħti importanza lir-rwol tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet f'diversi livelli.
Huwa semma’ kif bħala Ministeru, iċ-Chief Officer Strategy, id-Direttur għall-Ambjent u Klima u d-Direttur għall-Implimentazzjoni tal-Policies huma lkoll nisa, l-istess jgħodd għall-Ambaxxatriċi għat-Tibdil tal-Klima. Fis-Segretarjat tiegħu, il-Policy Coordinator ewlenija hija mara, filwaqt li fil-WasteServ id-Deputy Chairperson flimkien ma’ Diretturi oħrajn u s-Segretarja tal-Bord huma nisa.
Hemm rappreżentanza femminili wkoll fuq l-istakeholders group dwar l-immaniġġjar tal-iskart u fil-Bord Governattiv tal-Park tal-Majjistral, iċ-Chairperson hija mara wkoll.
Il-Ministru Brincat qal li għandu l-ħsieb li jkabbar ir-rappreżentanza tan-nisa f'diversi entitajiet u Bords li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu fosthom l-ERA – l-Awtorità Maltija għal-Ambjent u Riżorsi.
L-istess beħsiebu jagħmel meta jiġi biex jaħtar Kumitat għal fuq il-food waste li ser jindirizza l-problema tal-iskart mill-ikel, b’esperti minn dan il-qasam.
Fl-istess laqgħa l-Ministru Brincat iddiskuta l-proposti tal-istess Kunsill dwar kif il-konsumatur jista’ jiġi edukat aħjar dwar l-immaniġġjar tal-iskart f’riżoluzzjoni li approvaw dan l-aħħar fil-laqgħa ġenerali annwali tagħhom.
Il-Ministru Brincat ferħilhom fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041