Left arrow Go Back

IL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI OWEN BONNICI U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-PRESIDENZA EWROPEJA 2017 U L-FONDI EWROPEJ IAN BORG INDIRIZZAW KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET DWAR IX-XOGĦOL LI GĦADDEJ BĦALISSA FIL-KATAKOMBI TA’ SAN PAWL

pr141296
Date Icon 07/06/2014

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar ix-xogħol ta riġenerazzjoni li għaddej fil-kumpless tal- Katakombi tar-Rabat, il-Ministru għal-Ġustizzja Kultura u Gvern Lokali spjega li l-għan ewlieni ta dan il-proġett, huwa li jistudja, jikkonserva u joħloq esperjenza komprensiva, fejn il-viżitatur jista’ jifhem l-iżvilupp, l-użu, ir-ritwali u l-arkitettura filwaqt li x-xogħol ikollu l-inqas impatt fuq is-sit.

Dr Bonnici spjega li kull operazzjoni saret taħt għajnejn l-arkeologisti u rappreżentanti ta’ Heritage Malta u tas-Soprintendenza tal-Wirt Kulturali sabiex tkun evitata ħsara fuq l-istrutturi.

Huwa stqarr li l-ewwel fażi tax-xogħolijiet kollha ta’ restawr, infrastruttura, landscaping u l-bini ta’  interpretation centre u padiljuni ta’ informazzjoni mistennija jkunu lesti sa l-aħħar ta’ din is-sena.

Ħabbar ukoll li għadu kif għalaq il-proċess ta’ tender sabiex isir ir-restwar tal-blat u bini ta’ passaġġi biex jagħmlu l-katakombi iktar aċċessibbli filwaqt li l-katakombi jiġu kkonservati aħjar. Dan l-investiment huwa ta’ madwar €800,000 u mistenni jkun lest sa l-ewwel kwart tas-sena  2015.

Ix-xogħol sar bil-għan li s-sit ikun joffri aċċessibilta’ fiżika għal persuni b’diżabbilta, dan wara konsultazzjoni ma għadd ta persuni b’diżibiltajiet differenti kemm fiżiċi kif ukol intellewali sabiex jinstab metodu kif l-aċċesibilita għalihom tkun provduta bl-aħjar mod.

“F’dan is-sit aħna nixtiequ li mmorru lil hinn mill-kunċett li l-mużewijiet u postijiet ta wirt storiku jintużaw bħala maħżen ta’ oġġetti storiċi u ndaħħlu aktar il-mentalita’ li siti bhal dawn ikunu aktar ħajjin u interattivi” stqarr Dr Bonnici

Huwa għalaq billi qal li l-Gvern huwa kommess li jqarreb aktar siti bħal dawn viċin taċ-ċittadin.

Minn naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej Dr. Ian Borg qal li fuq talba ta’ bosta residenti Rabtin li għandhom għal qalbhom il-wirt storiku ta’ pajjiżna, l-Konservazzjoni tal-Katakombi ta’ San Pawl ġewwa r-Rabat se jkun qed jirrapreżenta l-ewwel investiment b’saħħtu ta’ din ix-xorta f’din il-lokalita’.

Dan il-proġett qed ikun iffinanzjat minn madwar €2.4 miljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u qed jifforma parti minn tlett interventi li qed jiġu ffinanzjati mill-proġett ta’ Konservazzjoni ta’ siti storiċi li qed ikun implimentat minn Heritage Malta b’valur ta’ madwar €10 miljun permezz ta’ Fondi Ewropej. 

Filwaqt li saħaq fuq l-konċentrazzjoni ta’ siti simili li nsibu fil-lokalita’ tar-Rabat u x’ifissru dawn għal kummerċ fil-komunita’ Rabtija, s-Segratarju Parlamentari nnota li l-ammont ta’ flus li ġew iċċertifikati u mħallsa sal-llum il-ġurnata fuq dawn it-tlett interventi huwa ta’ €5.1 miljun.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow