APPELL GĦALL-MATURITÀ FI KWISTJONI DELIKATA
Dwar il-kwistjoni delikata ta’ procedura ta’ tneħħija tal-Imhallef li qed jallega li d-drittijiet fundamentali tiegħu ġew miksura mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u jistgħu jiġu miksura mill-Parlament, l-Oppożizzjoni għandha turi maturità u tieqaf iddawwar din il-kwistjoni f’ballun politiku.
L-Oppożizzjoni taf li quddiem kumitati oħra fil-Kamra tad-Deputati li huma saħansitra preseduti minn membri ta’ l-Oppożizzjoni, min għamel allegazzjonijiet serji ta’ natura ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali ngħata l-opportunità li jmur quddiem il-Qrati sabiex dawn jiddeċiedu jekk l-allegazzjonijiet humiex korretti jew le. Hekk ukoll qed jiġri, korrettement, f’dan il-każ.
L-Oppożizzjoni taf ukoll li s-sentenza ta’ l-Ewwel Qorti li tat raġun lill-konvenuti fil-kawża (inkluż il- Prim Ministru) għadha m’hijiex fi stat ta’ ġudizzju finali peress li din tista’ tiġi appellata skont il-liġi.
Il-Gvern jawgura li l-proċeduri li jinsabu għaddejjin jintemmu f’qasir żmien
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041