Left arrow Go Back

APPROVAT IL-FINANZJAMENT GĦALL-PROĠETT TAL-VEĊĊJA F’SAN PAWL IL-BAĦAR

pr141274
Date Icon 06/06/2014

L-amministrazzjoni preżenti mill-ewwel tat prijorità lill-preparazzjonijiet għall-Programm Operazzjonali tal-Fond Ewropew għas-Sajd u s-Settur Marittimu għal Malta waqt li l-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali qed jaħdem qatigħ sabiex l-ewwel sejħiet għall-proġetti taħt dan il-Programm jiġu varati kemm jista’ jkun malajr, għall-benefiċċju tas-settur tas-Sajd,tas-settur tal-Akwakultura u dak Marittimu.

L-abbozz tal-Programm Operazzjonali tal-Fond Ewropew għas-Sajd u s-Settur Marittimu għal Malta, ġie mfassal wara kooperazzjoni mill-qrib mal-istakeholders, fosthom is-sajjieda, l-operaturi tal-Akwakultura u l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima.

Għalkemm il-budget li ser ikun allokat għal Malta għadu ma ġiex komunikat mill-Kummissjoni Ewropea, dan għandu jkun magħruf fil-ġranet li ġejjin. Il-Gvern ilu żmien twil jagħmel pressjoni mal-Kummissjoni Ewropea sabiex l-allokazzjoni għal Malta tkun għolja kemm jista’ jkun, u ninsabu kunfidenti li dan il-Fond ser ikun fil-fatt akbar mis-snin li għaddew.

L-involviment tal-istakeholders f’dan il-Programm mhux ser jieqaf mal-laqgħa tal-lum, u l-istakeholders ser ikunu involuti bis-sħiħ fil-fażi t’implimentazzjoni tal-Programm.  Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali, bħala l-Awtorità ta’ Ġestjoni, ser tkun qed twaqqaf Kumitat ta’ Monitoraġġ biex jieħu d-deċiżjonijiet l-aktar importanti li jirrigwardjaw l-implimentazzjoni tal-Programm. L-istakeholders, fosthom rappreżentanti tas-sajjieda u tas-settur tal-akwakultura, ser ikunu membri ta’ dan il-Kumitat, li se jkun strumentali fl-implimentazzjoni tal-Programm.

Hekk kif il-fażi ta’ preparazzjoni għal dan il-Programm Operazzjonali tintemm, tibda fażi kruċjali oħra, dik tal-implimentazzjoni. Dan qed isir f’perjodu kruċjali meta dan il-Gvern jinsab impenjat li jikkonkludi l-aħħar proġetti mill-Programm finanzjarju li ħriġna minnu. Fil-fatt is-Segretarju Parlamentari Dr Ian Borg ħabbar kif issa ġie approvat ukoll il-finanzjament  tal-proġett tal-Veċċja f’San Pawl il-Baħar b’valur ta’ nofs miljun ewro permezz ta’ fondi ewropej.

Dan il-proġett ser ikun qed jiġi implimentat mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura fi ħdan is-Segretarjat tal-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow