Left arrow Go Back

IL-KUMMISSARJU GĦAS-SIMPLIFIKAZZJONI U T-TNAQQIS FIL-BUROKRAZIJA ANTHONY AGIUS DECELIS INIEDI PROGRAMM TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-STAKEHOLDERS EWLENIN FIL-PAJJIŻ

pr141266
Date Icon 04/06/2014

Il-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis fil-Burokrazija Anthony Agius Decelis nieda l-programm ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders ewlenin fil-pajjiż. L-għan ewlieni  ta’ dawn l-ewwel stajdu ta’ dan il-proċess ta’ konsultazzjonijiet huwa li jiġu elenkati oqsma fejn hemm bżonn li tiġi ssimplifikata  sistema jew titnaqqas il-burokrazija f’xi proċess partikolari.

Diversi unjins u korporazzjonijiet se jiġu mistiedna jressqu s-suġġerimenti tagħhom sabiex dawn imbagħad jiġu evalwati u proponuti lid-dipartimenti kkonċernati. Il-pubbliku huwa mistieden jressaq il-proposti tiegħu via l-email simplification.commissioner@gov.mt.

Saru wkoll laqgħat mar-rappreżentattivi tal-unjins tal-Malta Union of Teachers (MUT), General Workers Union (GWU) u Medical Association of Malta (MAM). Għal dawn il-laqgħat attenda wkoll il-kelliem ewlieni tal Gvern Carmelo Abela. Il-unjins ġew mitluba jgħaddu l-proposti tagħhom fil-jiem li ġejjin. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow