KREATTIVITÀ U INIZZJATTIVA FIL-KUNSILLI LOKALI
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ser ikun qed jinstalla Automated External Defibrillators (AEDs) f’postijiet publiċi u l-aktar frekwentati sabiex ikunu għad-dispozzizjoni tan-nies fil-kommunità. Hija l-ewwel darba li kunsill lokali nieda innizjattiva bħal din. L-AEDs ser ikunu ta’ użu kruċjali f’sitwazzjonijiet ta’ emerħenza ta’ attakk tal-qalb ghal nies ta’ kwalunkwe eta jew sess.
Waqt l-inawgurazzjoni is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo semma kemm inizzjattiva bħal din hija meqjusa pożittiva, ghaliex bi kreattività u innovazzjoni l-irwol tal-kunsilli qiegħed ikompli jiġġedded. Buontempo qal li din il-preżentazzjoni ser isservi sabiex tinħoloq kuxjenza dwar dan l-apparat u jiġu mħajra aktar Kunsilli Lokali biex jieħdu inizzjattivi simili.
Is-Sindku is-Sur John Boxall qal li l-Kunsill Lokali tal-Birgu dar fuq is-settur kummercjali tal-Birgu u talab l-għajnuna finanzjarja tagħhom sabiex jinxtara dan il-makkinarju.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041