STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
Meta kien għadda l-vot tal-Avviż Legali 76 tal-2014 il-Ministru Evarist Bartolo kien iddikjara li se jitkellem u jaħdem mill-qrib mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data sabiex iserraħ moħħ kulħadd li ma ried bl-ebda mod jikser id-dritt tal-privatezza u fil-fatt hekk sar.
Hekk kif is-Sur Saviour Cachia nħatar Kummissarju, il-Ministru talab l-għajnuna tal-Uffiċċju tas-Sur Cachia. Riżultat ta’ dan, il-Kummissarju reġa’ waqqaf il-working group tal-Edukazzjoni li fi ħdanu hemm rappreżentanti tal-istakeholders fl-edukazzjoni, u cioè rappreżentant tal-iskejjel tal-Knisja, tal-iskejjel indipendenti, tal-MCAST, tal-ITS, tal-Università u kif ukoll tad-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi u tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Fid-dawl tax-xogħol li qed isir fil-working group taħt id-direzzjoni tal-Kummissarju, l-Ministru qed juri kunfidenza f’dan il-working group u għaldaqstant iddeċieda li l-avviż legali in kwistjoni ma jigix implimentata sakemm il-working group itemm ix-xogħol tiegħu.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041