JINĦATAR KUMITAT ORGANIZZATTIV BIEX JORGANIZZA SPORTS GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ FUQ BAŻI REGOLARI
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana flimkien mas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius ħatru Kumitat Organizzattiv intitolat “KUMITAT THIS ABILITY” biex jorganizza attivitajiet sportivi għall-Persuni b’Diżabilità. Dan il-Kumitat ser ikun magħmul minn 6 persuni, uħud minnhom persuni b’diżabilità interessati fl-isport. Apparti minn dawn is-sitt persuni, fil-kumitat ser ikun hemm rappreżentanti mis-Segretarjati Parlamentari rispettivi, u l-Focal Point Manager, is-Sur Manwel Darmanin.
Dan ġie deċiż wara li nhar il-Ġimgħa saret laqgħa mal-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità u ġiet diskussa li jinħatar dan il-kumitat.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041