Left arrow Go Back

TNEDIJA TAL-KOMPETIZZJONI /ru:t/

pr141236
Date Icon 02/06/2014

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonniċi flimkien ma’ rappreżentanti tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, indirizza konferenza stampa fejn nieda kompetizzjoni bl-isem ta’ /ru:t/.

Din il-konferenza ġiet imtellgħa fil-Mużew Marittimu fil-Birgu fejn ser ikunu esebiti x-xogħlijiet li jintgħażlu.

L-esebizzjoni ser issir sabiex ikun imfakkar l-10 anniversarju mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Din il-kompetizzjoni li eventwalment ser twassal għall-wirja propju f’dan l-istess post hija bbażata fuq waħda mill-4 temi tal-Valletta 2018 /ru:t/.

/ru:t/ tista tiġi interpretata b’żewġ modi; rotot inkella għeruq u hawn fejn verament jistgħu jimirħu l-artisti li ser jipparteċipaw bil-għan li tkun imfakkra r-rotta li għażlu l-għeruq tagħna, filwaqt li l-arti tesprimi l-għeruq tal-pajjiż.

Dr Bonnici stqarr li bħala politiku inkarigat minn dan is-settur huwa jemmen li l-kultura mhix tal-gvern jew ta’ xi entità, iżda tal-poplu kollu.

“Jiena nemmen li huwa importanti li fil-kultura l-politiċi jkunu fid-dell ħalli jagħtu rwol prinċipali lill-artisti” stqarr il-Ministru Owen Bonnici.

Intant l-artisti jistgħu jissottomettu l-proposti u xogħlijiet tagħhom sal-21 ta’ Lulju, filwaqt li f’nofs Awwissu jkunu imħabbra l-artisti magħżula. Ir-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni ser jingħata premju ta’ €3,000.

Il-Ministru Owen Bonnici  għalaq billi ħeġġeġ lill-artisti sabiex jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni li ser titrasforma ruħha f’esebizzjoni f’Ottubru li ġej sabiex jitfakkar wieħed mill-avvenimenti importanti li qed jiċċelebra pajjiżna tul din is-sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow